1 / 33

Qari mill-Ktieb t al- Profeta Danjel Dan 1 , 1-6, 8 - 20

Qari mill-Ktieb t al- Profeta Danjel Dan 1 , 1-6, 8 - 20. Ma nstab ħadd bħal Danjel, Ħananija, Mis aèl u Għażarija. Fit-tielet sena tas-saltna ta’ Ġeħojakim is-Sultan ta’ Ġuda, Nabukodonosor,

storm
Télécharger la présentation

Qari mill-Ktieb t al- Profeta Danjel Dan 1 , 1-6, 8 - 20

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Qari mill-Ktieb tal-ProfetaDanjel Dan 1, 1-6,8-20 Ma nstab ħadd bħal Danjel, Ħananija, Misaèl u Għażarija.

  2. Fit-tielet sena tas-saltna ta’ Ġeħojakim is-Sultan ta’ Ġuda, Nabukodonosor, is-sultan ta’ Babilonja, tala’ Ġerusalemm biex jaħbat għaliha. U Alla Sidi telaqlu f’idejh lil Ġeħojakim,

  3. sultan ta’ Ġuda, u xi ħaġa mit-tagħmir tat-tempju ta’ Alla; u hu ġarrhom fl-art ta’ Singħar, fid-dar tal-alla tiegħu, u qegħedhom fit-teżor tat-tempju tal-alla tiegħu. Imbagħad is-sultan

  4. ordna lil Asfenaż, il-kbir fost l-uffiċjali tiegħu, biex iġib lil xi wħud mill-Iżraelin, kemm minn nisel is-sultan u kemm minn tal-kbarat, żgħażagħ li ma jkun fihom ebda

  5. difett, sbieħ f’surithom, imħarrġin f’kull għerf, mogħnija bid-dehen, jafu jħaddmu l-għaqal, u li jkunu jinqalgħu biex jaqdu fil-palazz tas-sultan, biex lilhom Asfenaż

  6. jgħallimhom il-kitba u l-ilsien tal-Kaldin. Is-sultan ried ukoll li ta’ kuljum jibda jingħatalhom sehem mill-ikel tas-sultan u mill-inbid li kien jixrob hu, u li jibqgħu jitħarrġu

  7. għal tliet snin, meta mbagħad jibdew jidhru quddiem is-sultan. Fosthom kien hemm Danjel, Ħananija, Misaèl u Għażarija, minn ulied Ġuda.

  8. Issa Danjel kien għamel il-ħsieb li ma jitniġġisx bl-ikel tas-sultan u bl-inbid li kien jixrob hu, u talab lill-kap tal-uffiċjali biex ma jniġġisx. U Alla ta lil Danjel li jsib tieba u

  9. ħniena quddiem il-kap tal-uffiċjali. Dan iżda, qal lil Danjel: “Nibża’ minn sidi s-sultan, li ordna x’għandkom tieklu u tixorbu, li ma jmurx jaralkom wiċċkom

  10. mixrub aktar minn dak taż-żgħażagħ l-oħra tamparkom; inkella mbagħad rasi jkollha tagħmel tajjeb għalikom quddiem is-sultan.” Imbagħad Danjel qal

  11. lill-uffiċjal li kien tqabbad mill-kap tal-uffiċjali biex jieħu ħsieb Danjel, Ħananija, Misaèl u Għażarija: “Nitolbok tagħmel prova ta’ għaxart ijiem fuq

  12. il-qaddejja tiegħek, biex lilna tagħtina nieklu ħxejjex u nixorbu l-ilma. Imbagħad ejja ħares lejna u lejn iż-żgħażagħ l-oħra li jieklu mill-ikel tas-sultan, u fuq dak li

  13. tara, imxi mal-qaddejja tiegħek.” Hu qagħad għal dak li qalulu, u għaddiehom minn prova ta’ għaxart ijiem. Meta għaddew l-għaxart

  14. ijiem, dehru li kienu sbieħu u tqawwew f’ġisimhom aktar miż-żgħażagħ l-oħra li kienu jieklu mill-ikel tas-sultan. Għalhekk l-uffiċjal neħħielhom l-ikel

  15. speċjali tagħhom u l-inbid li tahom jixorbu, u newlilhom il-ħxejjex. U lil dawk l-erba’ żgħażagħ Alla tahom għerf u għaqal f’kull kitba u għerf, u Danjel sar jifhem

  16. id-dehriet u l-ħolm kollu. Meta wasal iż-żmien li fih iż-żgħażagħ kellhom jidħlu quddiem is-sultan, kif hu stess kien ordna, il-kap tal-uffiċjali daħħalhom quddiem

  17. Nabukodonosor. Is-sultan qagħad jitkellem magħhom, u fosthom ilkoll ma nstab ħadd bħal Danjel, Ħananija, Misaèl u Għażarija; u dawn baqgħu quddiem is-sultan.

  18. U f’kull ħaġa ta’ għerf u għaqal li kien jistaqsihom is-sultan, kien isibhom għaxar darbiet aqwa mill-maġi u l-bassara kollha li kien hemm fis-saltna kollha tiegħu.

  19. Il-Kelmatal-Mulej. R:/ IrrodduħajrlilAlla

  20. Salm Responsorjali R:/ Ta’ min ifaħħrek u jsebbħek fuq kollox għal dejjem

  21. Imbierek int, Mulej, Alla ta’ missirijietna, imbierek ismek qaddis u msebbaħ.

  22. R:/ Ta’ min ifaħħrek u jsebbħek fuq kollox għal dejjem

  23. Imbierek int fit-tempju tas-sebħ imqaddes tiegħek, imbierek int fuq it-tron ta’ saltnatek.

  24. R:/ Ta’ min ifaħħrek u jsebbħek fuq kollox għal dejjem

  25. Imbierek int li qiegħed fuq il-kerubini, li ħarstek tinfed l-abbissi, imbierek int fil-wisa’ kollu tas-sema.

  26. R:/ Ta’ min ifaħħrek u jsebbħek fuq kollox għal dejjem

  27. Hallelujah, Hallelujah Hallelujah Ishru u kunu lesti intom ukoll, għax qatt ma tistgħu tobsru s-siegħa li fiha jiġi Bin il-bniedem. Hallelujah, Hallelujah

  28. Qari • Mill-Evanġelju • skontSan Luqa • Lq21, 1-4 • R:/ GlorjalilekMulej Ra waħda armla fqira titfa’ biċċtejn żgħar tal-flus.

  29. F’dak iż-żmien, Ġesù rafa’ għajnejh u ra l-għonja jitfgħu l-offerti tagħhom fit-teżor tat-tempju. U ra wkoll waħda armla fqira titfa’ biċċtejn żgħar tal-flus, u qal:

  30. “Ngħidilkom is-sew, din l-armla fqira tefgħet iktar minnhom ilkoll. Għax dawn kollha għamlu offerti miż-żejjed tagħhom, imma hi, fil-faqar tagħha, tefgħet

  31. dak kollu li kellha biex tgħix.”

  32. Il-Kelma tal-Mulej R:/ It-tifħirlilekKristu

  33. ĦSIEB

More Related