1 / 38

Qari mill-Ktieb t al- Profeta Danjel Dan 5,1-6.13-14.16-17.23-28

Qari mill-Ktieb t al- Profeta Danjel Dan 5,1-6.13-14.16-17.23-28. Ħarġu swaba’ ta’id ta’bniedem, u bdew jiktbu. F’dak iż-żmien, is-sultan Beltassar għamel ikla kbira lil elf mill-kbarat tiegħu, u quddiem dawn l-elf qabad jixrob l-inbid. Kif daq l-inbid, Beltassar bagħat iġib it-tazzi.

baba
Télécharger la présentation

Qari mill-Ktieb t al- Profeta Danjel Dan 5,1-6.13-14.16-17.23-28

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Qari mill-Ktieb tal-ProfetaDanjel Dan 5,1-6.13-14.16-17.23-28 Ħarġu swaba’ ta’id ta’bniedem, u bdew jiktbu.

  2. F’dak iż-żmien, is-sultan Beltassar għamel ikla kbira lil elf mill-kbarat tiegħu, u quddiem dawn l-elf qabad jixrob l-inbid. Kif daq l-inbid, Beltassar bagħat iġib it-tazzi

  3. tad-deheb u tal-fidda, li missieru Nabukodonosor kien ġieb mit-tempju ta’ Ġerusalemm, biex minnhom jixrob is-sultan u l-kbarat tiegħu, in-nisa tiegħu u l-konkubini l-oħra

  4. li kellu. Imbagħat daħħlu t-tazzi tad-deheb li kienu nġiebu mis-santwarju ta’ Alla f’Ġerusalemm, u minnhom xorob is-sultan u kbaratu, in-nisa tiegħu u l-konkubini li kellu. Xorbu

  5. l-inbid, u faħħru l-allat tad-deheb u tal-fidda, tal-bronż u tal-ħadid, tal-injam u tal-ġebel. Minnufih ħarġu swaba’ ta’ id ta’ bniedem, u bdew jiktbu biswit il-gandlier,

  6. fuq il-ġir tal-ħajt tal-palazz tas-sultan. Is-sultan raha dik l-id miftuħa hi u tikteb. Imbagħad is-sultan wiċċu tbiddel u ħsibijietu ħasduh, il-ġogi ta’ ġenbejh inħallu, u rkupptejh bdew iħabttu

  7. ma’ xulxin. Imbagħad daħħlu lil Danjel quddiem is-sultan. Is-sultan qabad jgħid lil Danjel: “Inti hu Danjel, minn ulied l-itturufnati ta’ Ġuda, dawk li s-sultan

  8. missieri kien ġieb minn Ġuda? Jien smajt fuqek li int għandek fik l-ispirtu tal-allat, u li fik instab dawl, għaqal u għerf liema bħalu. Jiena smajt fuqek li inti tista’ tagħti

  9. tifsir u tħoll problemi tqal. Issa, jekk tista’ taqra l-kitba u tgħarrafni t-tifsira tagħha, inti tilbes il-porpra u kullana tad-deheb ma’ għonqok, u tkun it-tielet fil-ħakam

  10. tas-saltna.” Imbagħad Danjel wieġeb u qal quddiem is-sultan: “Ħa jibqgħu għalik ir-rigali tiegħek, u d-doni tiegħek agħtihom lil ħaddieħor. Mandankollu

  11. l-kitba naqrahielu lis-sultan, u nagħtih it-tifsira tagħha. Int ridt titgħolla fuq Sid is-smewwiet, ġabulek quddiemek it-tazzi tat-tempju tiegħu, u

  12. minnhom xrobt l-inbid int u l-kbarat tiegħek, in-nisa tiegħek u l-konkubini li għandek; u faħħart l-allat tal-fidda u d-deheb, tal-bronż, tal-ħadid u tal-ħatab, li la jaraw, la

  13. jisimgħu u lanqas jagħrfu; imma lil Alla, li f’idejh tinsab ħajtek u triqatek kollha, inti ma tajtux ġieħ. Imbagħad minn quddiemu kien mibgħut tarf ta’ id

  14. u kitba, din li nkitbet. U din hi l-kitba li nkitbet: Mene, Teqel, Parsin. It-tifsira tal-kliem hija din: Mene, Alla għadd il-jiem ta’ saltnatek u temmha; Teqel, intiżint

  15. fil-miżien u kont misjub nieqes fil-piż; Parsin, saltnatek hija maqsuma u mogħtija lill-Medi u lill-Persjani.”

  16. Il-Kelmatal-Mulej. R:/ IrrodduħajrlilAlla

  17. Salm Responsorjali R:/ Faħħruh u għolluh fuq kollox għal dejjem

  18. Bierku, xemx u qamar, il-Mulej.

  19. R:/ Faħħruh u għolluh fuq kollox għal dejjem

  20. Bierku, kwiekeb tas-sema, il-Mulej.

  21. R:/ Faħħruh u għolluh fuq kollox għal dejjem

  22. Bierku, xita u nida kollha, il-Mulej.

  23. R:/ Faħħruh u għolluh fuq kollox għal dejjem

  24. Bierku, irjieħ kollha, il-Mulej.

  25. R:/ Faħħruh u għolluh fuq kollox għal dejjem

  26. Bierek, nar u sħana, il-Mulej.

  27. R:/ Faħħruh u għolluh fuq kollox għal dejjem

  28. Bierek, bard u ksieħ, il-Mulej.

  29. R:/ Faħħruh u għolluh fuq kollox għal dejjem

  30. Hallelujah, Hallelujah Hallelujah Ibqa’ fidil sal-mewt, jgħid il-Mulej, u jien nagħtik il-kuruna tal-ħajja. Hallelujah, Hallelujah

  31. Qari • Mill-Evanġelju • skontSan Luqa • Lq21, 12-19 • R:/ GlorjalilekMulej Kulħadd isir jobgħodkomminħabba f’ismi. Imma xagħra waħdaminnraskom ma tintilifx.

  32. F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jixħtu jdejhom fuqkom u jippersegwitawkom, jagħtukom f’idejn il-mexxejja tas-sinagoga u jitfgħukom il-ħabs,

  33. u jeħdukom quddiem slaten u gvernaturi minħabba f’ismi. Dan ikun jiswielkom biex tistgħu tagħtu xhieda. U żommu sewwa f’moħħkom: toqogħdux

  34. taħsbu minn qabel kif se tiddefendu ruħkom, għax jien nagħtikom kliem u għerf li kull min ikun kontra tagħkom ma jkunx jista’ jiqaflu jew imerih. U jittradukom saħansitra

  35. l-ġenituri tagħkom u ħutkom u qrabatkom u ħbiebkom, u lil xi wħud minnkom joqtluhom, u kulħadd isir jobgħodkom minħabba f’ismi. Imma xagħra

  36. waħda minn raskom ma tintilifx. Jekk tibqgħu sħaħ sal-aħħar issalvaw ħajjitkom!”

  37. Il-Kelma tal-Mulej R:/ It-tifħirlilekKristu

  38. ĦSIEB

More Related