1 / 31

Qari mill-Ktieb ta’ Bin Sirak Sir 17, 20-28

Qari mill-Ktieb ta’ Bin Sirak Sir 17, 20-28. D ur lura lejn l-Għoli, u warrab mill-ħażen . Lil dawk li jindmu Alla jħallihom jerġgħu lura, u jsaħħaħ lil dawk li ma jkunux jifilħu jżommu aktar. Erġa’ lura lejn il-Mulej, u d-dnub ħallih warajk, u warrab dak li. jfixklek. Dur lura lejn

tomas
Télécharger la présentation

Qari mill-Ktieb ta’ Bin Sirak Sir 17, 20-28

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Qari mill-Ktieb • ta’ • Bin Sirak • Sir 17, 20-28 • Dur lura lejn l-Għoli, u warrab mill-ħażen.

  2. Lil dawk li jindmu Alla jħallihom jerġgħu lura, u jsaħħaħ lil dawk li ma jkunux jifilħu jżommu aktar. Erġa’ lura lejn il-Mulej, u d-dnub ħallih warajk, u warrab dak li

  3. jfixklek. Dur lura lejn l-Għoli, u warrab mill-ħażen, u obgħod għall-aħħar dak li hu ta’ min jistmerru. Lill-Għoli min se jfaħħru f’Art l-Imwiet minflok il-ħajjin li

  4. jroddulu ħajr? Għall-mejjet bħalkieku ma kien xejn, intemm radd il-ħajr; min hu ħaj u f’sikktu jfaħħar il-Mulej. Kemm hi kbira l-ħniena tal-Mulej, u

  5. l-maħfra tiegħu għal dawk li jerġgħu lura lejh!

  6. Il-Kelmatal-Mulej. R:/ IrrodduħajrlilAlla

  7. Salm Responsorjali R:/ Ifirħu, twajbin, u thennew fil-Mulej

  8. Hieni l-bniedem li ħtijietu maħfura, li għandu d-dnub tiegħu mistur!

  9. Hieni l-bniedem li ebda ħażen ma jgħoddlu l-Mulej, u ma għandu ebda qerq f’qalbu!

  10. R:/ Ifirħu, twajbin, u thennew fil-Mulej

  11. Id-dnub tiegħi jien stqarrejtlek, u l-ħażen tiegħi ma ħbejthulekx.

  12. Jien għedt: “Quddiem il-Mulej nistqarr ħtijieti.” U int ħfirtli l-ħażen tad-dnub tiegħi.

  13. R:/ Ifirħu, twajbin, u thennew fil-Mulej

  14. Għalhekk kull min hu twajjeb lilek jitlob fi żmien in-niket. Jekk ifuru ilmijiet kotrana, lilu qatt ma jilħquh.

  15. R:/ Ifirħu, twajbin, u thennew fil-Mulej

  16. Int kenn għalija, mit-taħbit tħarisni, iddawwarni u tferraħni bil-ħelsien tiegħek.

  17. “Ngħallmek u nurik it-triq li għandek tieħu; inwissik, u nżomm għajnejja fuqek.”

  18. R:/ Ifirħu, twajbin, u thennew fil-Mulej

  19. Hallelujah, Hallelujah Hallelujah Gesú Kristu, li għad li kien għani, ftaqar minħabba fikom, sabiex intom tistagħnu permezz tal-faqar tiegħu. Hallelujah, Hallelujah

  20. Qari mill-Evanġelju skont San Mark Mk 10, 17-27 R:/ Glorjalilek Mulej Mur bigħ li għandek! Ejja u imxi warajja!

  21. F’dak iż-żmien, waqt li Ġesù kien se jaqbad it-triq, mar fuqu wieħed jgħaġġel, niżel għarkupptejh quddiemu u qallu: “Mgħallem tajjeb,

  22. x’għandi nagħmel biex nikseb il-ħajja ta’ dejjem?” Ġesù qallu: “Għaliex qiegħed issejjaħli tajjeb? Ħadd ma hu tajjeb ħlief Alla biss. Inti l-kmandamenti tafhom: la

  23. toqtolx, la tiżnix, la tisraqx, la tixhidx fil-falz, la tiħux bil-qerq dak li hu ta’ ħaddieħor; weġġaħ lil missierek u ’l ommok.” U dak wieġbu u qallu: “Mgħallem, jiena dan

  24. kollu ili nħarsu minn żgħożiti.” Imbagħad Ġesùxeħet fuqu ħarsa ta’ mħabba u qallu: “Ħaġa waħda tonqsok: mur bigħ li għandek, agħtih lill-fqar, u jkollok

  25. teżor fis-sema; imbagħad ejja u imxi warajja.” Imma għal dan il-kliem ir-raġel qarras wiċċu u telaq b’qalbu sewda, għaliex kellu bosta ġid. Ġesù mbagħad ħares ħarsa

  26. madwaru u qal lid-dixxipli tiegħu: “Kemm hi iebsa għall-għonja li jidħlu fis-Saltna ta’ Alla!” Id-dixxipli stagħġbu għal din il-kelma, imma Ġesù

  27. raġa’ qalilhom: “Kemm hi iebsa, uliedi, li wieħed jidħol fis-Saltna ta’ Alla! Eħfef li ġemel jgħaddi minn għajn ta’ labra milli wieħed għani jidħol

  28. fis-Saltna ta’ Alla.” Huma stagħġbu wisq aktar, u bdew jgħidu wieħed lil ieħor: “Mela min jista’ jsalva?” Ġesù ħares lejhom u qalilhom:

  29. “Għall-bniedem dan ma jistax ikun, imma għal Alla iva; għax għal Alla kollox jista’ jkun.”

  30. Il-Kelma tal-Mulej R:/ It-tifħirlilekKristu

  31. ĦSIEB

More Related