1 / 45

Courageous

INTI TIEG ĦI. Courageous. Pulċinell kien joqgħod f’Wemmicksville. Bħall-Wemmicks l-oħra, Pulċinell kien tal-injam, minqux minn Eli, ir-raġel li ħoloq il-Wemmicks.

denton
Télécharger la présentation

Courageous

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. INTI TIEGĦI Courageous

  2. Pulċinell kien joqgħod f’Wemmicksville. Bħall-Wemmicks l-oħra, Pulċinell kien tal-injam, minqux minn Eli, ir-raġel li ħoloq il-Wemmicks. U wkoll, bħall-Wemmicks l-oħra, kien jagħmel xi praspura, bħal meta beda jġemma’ l-blalen u l-kaxxi. Courageous

  3. Kollox beda meta wieħed mill-Wemmicks, jismu Tuck, xtara kaxxa ġdida. L-oħrajn ukoll kellhom il-kaxxi, imma dik ta’ Tuck kienet ġdida.

  4. Tuck kien ferħan bil-kaxxa l-ġdida. Għalih kienet l-isbaħ kaxxa fir-raħal. Kellha lwien jgħajtu u hu kien kburi biha, kburi ħafna. U kien jimxi fit-triq, juri l-kaxxa lil kulħadd. Courageous

  5. “Rajtha l-kaxxa tiegħi?”, kien jistaqsi lilkulmin kien jiltaqa’ miegħu. “Trid tmissha?” Tuck iltaqa’ ma’ Pulċinell. “Trid taraha l-kaxxa ġdida tiegħi?! staqsieh. Courageous

  6. Pulċinell deherlu li l-kaxxa ta’ Tuck kienet tassew sabiħa, u beda jixtieq li jkollu bħalha huwa wkoll. Courageous

  7. Tuck kompla juri l-kaxxa lil kulħadd u baqa’ jaħseb li hu aħjar mill-Wemmicks l-oħra għax kellu kaxxa ġħdida. Nip, Wemmick ieħor, ma qabilx: “Tiegħi isbaħ”, qal. Il-kaxxa ta’ Nip ma kinitx ġdida, imma ikbar u b’iktar kuluri minn ta’ Tuck. Courageous

  8. Tuck ma tkellimx u ta ħarsa kerha lil Nip. Imbagħad ġietu idea. Daħal f’ħanut u xtara ballun. Hekk kellu xi ħaġa iktar minn Nip. Kellu kaxxa u ballun. Nip kemmex xufftejh meta ra l-ballun ta’ Tuck. Xtara żewġ blalen. Bi tbissima mqarba fuq wiċċu, u b’żewġ blalen u kaxxa f’idejh, mar dritt fuq Tuck: “Issa għandi iktar affarijiet minnek”, qallu bi stmerrija. Courageous

  9. Ftit wara, Tuck kien fil-ħanut biex jixtri kaxxa oħra. Malajr Nip ġera biex jixtri ballun ieħor. Mela Tuck xtara ballun, u Nip xtara kaxxa. Ballun. Kaxxa. Ballun. Kaxxa. Tuck. Nip. Nip. Tuck. U baqgħu sejrin hekk. Xi ħadd irid iwaqqaf din il-biċċa. Fil-fatt, hekk ipprova jagħmel is-sindku. Courageous

  10. “Intom it-tnejn qed iġġibu ruħkom ta’ boloh”, qal lil Nip u lil Tuck. “X’jiswa min għandu l-iżjed ġugarelli?” “Inti għax għajjur”, weġbuh, “għax m’għandekx bħalna”. “Jien għajjur? Għalikom?” Imma ftit minuti wara, is-sindku kien fil-ħanut biex jixtri ħafna kaxxi u ħafna blalen. Courageous

  11. Wemmicks oħra bdew jagħmlu l-isess. Tal-laħam. Il-furnar. Il-mastrudaxxa. It-tabib li kien joqgħod in-naħa t’isfel tat-triq. U wkoll id-dentista li kien joqgħod f’tarf ir-raħal. Fi ftit jiem kull Wemmick ried ikun dak li jkollu l-aktar kaxxi u blalen. Courageous

  12. Xi kaxxi kienuu kbar, oħrajn iktar imlewna. Xi blalen kienu tqal, oħrajn ħfief. Kienu jduru bihom il-Wemmicks twal, kif ukoll il-Wemmicks qosra. Kollha kellhom l-istess idea: “Il-Wemmicks bravi huma dawk li kellhom ħafna, il-Wemmicks hekk u hekk dawk li kellhom ftit.” Courageous

  13. Meta fiċ-ċentru ta’ Wemmicks-ville in-nies kienu jiltaqgħu ma’ Wemmick b’tagħbija ta’ kaxxi u blalen ‘il fuq minn rasu, kienu jieqfu jħarsu lejh. “Ara, dak Wemmick bravu”, kienu jgħidu. Courageous

  14. Imma meta jgħaddi Wemmick b’ kaxxa waħda jew b’ballun wieħed, l-oħrajn kienu jxejru rashom u jaħsbu, jekk mhux ukoll ilissnu: “Wemmick miskin. Miskin. Wemmick miskin”. Courageous

  15. Tifimha li Pulċinell ma riedx li jsejħulu “Wemmick miskin” u waħħal f’rasu li jkollu kemm ħafna blalen kif ukoll ħafna kaxxi. Fittex fl-armarju u sab ballun. Daħħal idu fil-but u sab biżżejjed flus biex jixtri kaxxa. Courageous

  16. “Naf x’nagħmel”, qal. Inbiegħ il-kotba tiegħi u naqla’ l-flus biex nixtri iktar kaxxi u iktar blalen”. U hekk għamel. Xtara kaxxa kaħla w ħadra, bi sħab impenġijin f’kull naha. Courageous

  17. Imma ma kienx biżżejjed. “Nibqa’ naħdem bil-lejl biex naqla’ iktar flus”, qal. Hekk għamel, u xtara ballun. U billi bil-lejl kien jaħdem, ma kellux bżonn is-sodda. “Inbigħha”, qal. U xtara żewġ blalen ohra. Courageous

  18. Malajr Pulċinell kellu ħafna kaxxi u ħafna blalen. Imma Wemmicks oħrajn kellhom iktar minnu. Xi wħud tant kellhom blalen u kaxxi, li kienu jbatu biex jimxu. “Diffiċli biex tibqa’ wieqaf b’dawn il-blalen u l-kaxxi kollha”, kienu jgħidu. Dehru li ma kinux kuntenti, imma fil-fatt kienu mkabbrin. Courageous

  19. Pulċinell ried ikun bħall-Wemmicks l-oħra, għalhekk beda jbigħ oġġetti oħra u jaħdem iktar. Kellu għajnejh tqal għax kien qed jorqod ftit. Idejh kienu juġgħuh minħabba t-toqol tal-ġugarelli li kien iġorr. Nesa l-aħħar darba li straħ. U, agħar minn hekk, il-ħbieb tiegħu insew l-aħħar darba li lagħab magħhom. Courageous

  20. “Ilna ħafna ma narawk”, qaltlu jum wieħed il-ħabiba tiegħu Luċija. “Għax ma terġax tiġi tilgħab magħna?”, qallu l-ħabib tiegħu Splint. Mhux kollha ħasbu f’kaxxi u blalen. Il-ħbieb ta’ Pulċinell xejn ma kien jimpurtahom mill-blalen u l-kaxxi. Imma għal Pulċinell, li jkollok il-blalen u l-kaxxi kien importanti iktar milli jkollok il-ħbieb Courageous

  21. “Għandi x-xogħol x’nagħmel” qalilhom. Il-ħbieb tiegħu iddispjaċiehom. Imma Pulċinell ma tax każ.. Għalih dak li kien jiswa kien biss x’jaħsbu n-nies dwar il-kaxxi u l-blalen tiegħu. Imma, jagħmel x’jagħmel, ma kienx bizzejjed biex jiġbed l-attenzjoni tagħhom. Fl-aħħar ġietu idea. “Inbiegħ id-dar”, qal. Courageous

  22. Imma din ġennata”, werżqet Luċija. “U fejn ħa tmur toqgħod?” staqsieh Splint. Pulċinell ma kienx jaf, imma lanqas ma mpurtah. Ħsiebu kien biss fil-kaxxi u l-blalen li se jixtri b’dawk il flus. Xtara kaxxi u kaxxi, blalen u blalen u iktar blalen. Beda jdur b’tant ġugarelli li ma rnexxilux jara fejn sejjer. It-tagħbija għoliet iktar minn rasu. Courageous

  23. Imma ma mpurtahx.X’jimporta jekk idejh juġgħuh?X’jimporta jekk jaħbat ma’ xi ħajt?X’jimporta li m’għandux ħbieb? Kellu l-kaxxi, kellu l-blalen, u meta kien jiltaqa’ ma Wemmicks oħra, dawn kienu jduru u jgħidu: “Wow, dan Wemmick bravu.” Pulċinell kien jismagħhom, imma ma kienx jarahom, u dan kien biżżejjed għalih. “Jien Wemmick bravu”, kien jaħseb. Courageous

  24. Imma sewwasew dak il-ħin xi ħadd biddel ir-regoli. Kienet il-mara tas-sindku. Kienet imkabbra ħafna bil-kaxxi u l-blalen tagħha. Mhux biss kellha ħafna, imma wħud minnhom kienu speċjali. Kienet tixtrihom fl-aqwa ħwienet, dawk b’ismijiet strambi, u kienet tħalli l-ismijiet fuq il-kaxxi biex kulħadd ikun jista’ jaqrahom. Riedet tkun l-aqwa Wemmick fost kulħadd. Courageous

  25. Darba ġietha idea. “Mhux biss ikolli iktar mill-oħrajn, imma nitla’ ‘l fuq iktar minn kulħadd. Telgħet fuq il-kaxxi u għajtet: “Oj, intom. Arawni!” Minnufih in-nies tal-kaxxi u tal-blalen fittxew li jagħmlu aħjar minnha. Wieħed tela’ fuq funtana, ieħor f’gallarija, ieħor fuq il-bejt. Imma kien is-sindku li ġietu f’rasu l-muntanja. Courageous

  26. F’tarf ir-raħal tal-Wemmicks kien hemm iċ-Ċkejken Wemmick. “Se nitla’ fuq il-quċċata tal-muntanja”, għajjat, bit-tama li jasal l-ewwel. Hekk bdiet it-tellieqa biex jaraw liema Wemmick se jkollu l-aktar oġġetti u li jirnexxielu jasal l-ewwel hemm fuq. Courageous

  27. Kienet tellieqa miġnuna, ġenn ta’ tellieqa. In-nies tal-injam ma setgħux jaraw fejn sejrin u bdew jaħbtu ma’ xulxin. Kienu għajjenin, u għalhekk bdew jaqgħu. Il-mogħdija kienet dejqa, u xi wħud sabu ruħhom isfel. Imma baqgħu mexjin ‘il quddiem. Fl-aħħar nett kien hemm Pulċinell. Għalih kienet iebsa, iktar mill-oħrajn. Imma ried ikompli, għax dan l-aħħar kien sar “Wemmick bravu.” Courageous

  28. Ma kienx imdorri jġorr daqshekk blalen u kaxxi. Imma kien determinat. Baqa’ jmidd riġlu wara l-ieħor. Imma ma kienx qed jara fejn hu sejjer, u ma ndunax li kien tbiegħed mill-mogħdija. U billi ma kienx qed jara, ma ndunax li kien tilef it-triq. Minnufih induna li kien baqa’ waħdu. Courageous

  29. “Naħseb li qiegħed quddiem kulħadd”, qal f’qalbu. “Ikolli ngħid li qiegħed qrib il-quċċata. Jiena tassew Wemmick bravu. Nasal fl-iktar post għoli b’kaxxi u blalen iktar mill-oħrajn”. Imma dak il-ħin, waqaf. Ipprova jżomm il-bilanċ, il-ġugarelli tbandlu lejn il-lemin, imbagħad lejn ix-xellug. Iltewa ‘l quddiem, imbagħad lura, imbagħad ‘il quddiem, imma ma rnexxilux jibqa’ fuq riġlejh. Kien se jaqa’. Courageous

  30. Ma ndunax li kien mexa t-triq li twassal għad-dar ta’ Eli. Tfixkel fit-tarġa tal-bieb u tgerbeb lejn id-daħla tal-workshop ta’ Eli. Meta Pulċinell induna fejn kien, ħassu mħawwad. Dam ħafna mitluq fl-art, imdawwar mill-kaxxi u mill-blalen tiegħu. Courageous

  31. Ballun minnhom tgerbeb fuq il-madum u waqaf fil-bank tax-xogħol ta’ Eli. Kien hawn li l-iskultur dawwar wiċċu. “Pulċinell.” Il-leħen ta’ Eli kien kalm, leħen oħxon u ġentili. Il-Wemmick ma ċċaqlaqx, u ħass li wiċċu tal-injam beda jiħmar. “Tidher li qed iġġorr tagħbija tqila.” Courageous

  32. Għajjien, il-Wemmick, niżel għarkupptejh, b’rasu baxxuta. “Dawn il-blalen u l-kaxxi tiegħi”, qal, bilkemm jinstema’. “Inti tilgħab bil-kaxxi u bil-blalen?.” Pulċinell xejjer rasu. “Jogħġbuni għax inħossni hekk.” Courageous

  33. “Kif tħossok bihom?” “Importanti”, wieġeb Pulċinell, dejjem b’leħen baxx. “Hmmm”, qal Eli. Mela int ukoll taħsibha bħall-Wemmicks l-oħra. Taħseb li int l-aħjar għax għandek iktar affarijiet, u li b’hekk se tkun iktar ferħan”. Courageous

  34. “Hekk naħseb”. “Ersaq ‘ l hawn, Pulċinell. Għandi xi ħaġa x’nurik.” Pulċinell għolla rasu tal-injam u ħares lejn Eli għall-ewwel darba. Feraħ meta ra li dak li ħoloq il-Wemmicks ma kienx inkurlat. Courageous

  35. “Ħares minn hawn”, qal Eli. Pulċinell ħares barra mit-tieqa u ra s-serbut ta’ Wemmicks li kienu għadhom telgħin mal-muntanja. Jaqgħu, jiżżerżqu lura, jagħtu bil-minkeb lil xulxin biex jaslu qabel l-oħrajn “Jidhru li huma ferħanin?” Pulċinell xejjer rasu. “Jidhru li huma importanti?” Courageous

  36. “Lanqas xejn”, wieġeb Pulċinell lil Eli, filwaqt li għajnejh marru fuq is-sindku u l-mara tiegħu. Is-sindku spiċċa fl-art u hi donnha se taqa’ fuqu. Il-mara kellha kaxxa fuq rasha u hu kien iżomm ballun f’ħalqu. “Taħseb li jien għamilt il-Wemmicks biex iġibu ruħhom hekk?” staqsa Eli. “Le.” Courageous

  37. Imbagħad Pulċinell ħass id tqila fuq spalltu. “Taf kemm swewlek il-kaxxi u l-blalen tiegħek?” “Il-kotba tiegħi u s-sodda tiegħi”. “Ħabib ċkejken tiegħi, swewlek ħafna iktar minn hekk.” Courageous

  38. Pulċinell beda jfittex biex jiftakar x’oġġetti oħra li kellu jbiegħ. Eli kompla: “Swewlek il-ferħ tiegħek. M’għadekx ferħan, hux veru?” “Le, m’għadnix”, wieġeb Pulċinell wara ftit. Courageous

  39. Swewlek il-ħbieb. U, iktar minn kull ħaa oħra, swewlek il-fiduċja fija. Ma ħsibtx li jien għamiltek ferħan. Ħsibt li se jagħmluk ferħan il-kaxxi u l-blalen. Courageous

  40. Pulċinell ta ħarsa lejn il-munzell ta’ ġugarelli. F’daqqa waħda ma baqgħux jidhru prezzjużi għalih. “Għamilt ħmerija”. “U mqar jekk terġa’ tagħmel l-istess”, wieġeb Eli, inti dejjem importanti”. Pulċinell baxxa rasu u tbissem. Courageous

  41. “Inti speċjali, imma mhux għal dak li għandek. Inti speċjali għal dak li int. Inti tiegħi. Jiena nħobbok. Tinsiehx dan, ħabib ċkejken tiegħi.” “Le, ma ninsiehx.” Pulċinell tbissem. Imbagħad waqaf għal ftit. “Eli?”, staqsa indeċiż. “Xi trid?” Courageous

  42. “X’se nagħmel bil-kaxxi u bil-blalen? Forsi tista’ tagħtihom lil min tassew jeħtieġhom.” Pulċinell għamel tabirruħu li sejjer, imbagħad waqaf mill-ġdid. “Eli?” “Għidli.” “M’għandix post fejn norqod.” Courageous

  43. Eli tbissem. “Għaliex illejla ma torqodx hawn?” “Bil-qalb kollha. Inħossni għajjien ħafna.” Courageous

  44. U dik il-lejla Pulċinell raqad fuq sodda taċ-ċana. Imma raqad tajjeb. Ħassu tajjeb ħafna fid-dar ta’ dak li ħalqu. Courageous

  45. Courageous

More Related