1 / 13

L-Ewwel Snin tal-Kavallieri ta’ San Ġwann f’Malta

L-Ewwel Snin tal-Kavallieri ta’ San Ġwann f’Malta. Il-Kavallieri waslu Malta fl-1530 Qabel ġew Malta huma kienu Ġerusalemm, Akkri, Ċipru u Rodi. Il-mexxej tal-Kavallieri kien jissejjaħ il-Granmastru. Meta ġew Malta, il-Granmastru kien L’Isle Adam .

elina
Télécharger la présentation

L-Ewwel Snin tal-Kavallieri ta’ San Ġwann f’Malta

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. L-Ewwel Snin tal-Kavallieri ta’ San Ġwann f’Malta • Il-Kavallieri waslu Malta fl-1530 • Qabel ġew Malta huma kienu Ġerusalemm, Akkri, Ċipru u Rodi. • Il-mexxej tal-Kavallieri kien jissejjaħ il-Granmastru. • Meta ġew Malta, il-Granmastru kien L’Isle Adam. Biex tara l-kumplament tas-slides, ikklikkja dejjem x’imkien fuq l-iscreen tal-kompjuter tiegħek.

  2. Il-Kavallieri jmorru l-Birgu Il-belt kapitali ta’ Malta fl-1530 kienet l-Imdina. Billi l-Imdina kienet bogħod mill-baħar, il-Kavallieri marru joqogħdu l-Birgu Fil-Birgu bnew Sacra Infermeria (sptar) Bnew ukoll xi bereġ Huma dawru l-belt tal-Birgu bis-swar.

  3. Il-Birgu Fil-Birgu, il-Kavallieri għamlu ħafna xogħol Fl-istampi li ġejjin se tara diversi xogħlijiet li l-Kavallieri wettqu bejn l-1530 u l-1566 sakemm iddeċidew li jibnu Belt Ġdida. Għalhekk nistgħu ngħidu li bejn l-1530 u l-1572, il-Belt Kapitali ta’ Malta kienet il-BIRGU.

  4. Il-Kastell Sant Anġlu Fil-ponta tal-peniżola tal-Birgu kien hemm il-Castello a Mare, jew aħjar kif nafuh illum, il-Kastell Sant Anġlu. Il-Kavallieri mill-ewwel saħħew dan il-kastell, bl-iskop li jiddefendu d-daħla tal-Port il-Kbir.

  5. Bejn il-Kastell u l-belt tal-Birgu, il-Kavallieri ħaffru MANDERAGGIO jew aħjar mandraġġ. Hawnhekk il-Kavallieri kienu jdaħħlu x-xwieni tagħhom waqt xi attakk mill-għedewwa. L-għedewwa tal-Kavallieri kienu t-Torok Ottomani. Il-Manderaggio

  6. Il-Bereġ Il-Kavallieri kellhom tmien lingwi differenti. Fil-Birgu mill-ewwel ħasbu biex kull lingwa jkollha BERĠA – jew palazz. Interessanti li fil-Birgu kien hemm ukoll il-Berġa ta’ l-Ingilterra li wara ma reġgħetx inbniet fil-Belt Valletta bħall-bereġ l-oħra.

  7. Il-Collachio Kemm ġewwa Rodi, kif ukoll fil-Birgu il-Kavallieri iddisinjaw COLLACHIO. Il-Collachio kienet biċċa mill-belt riservata għall-Kavallieri biss. Fil-Collachio tal-Birgu, wieħed għadu jista’ jara l-Bereġ u s-Sacra Infermeria, jew aħjar l-isptar ta’ l-Ordni. Dan il-bini fil-Birgu, li qabel kien is-Sacra Infermeria, illum huwa l-kunvent tas-sorijiet Beneditttini tal-Klawsura.

  8. Iktar bereġ Fil-Collachio, li llum inkesa b’paviment li tassew jixraq lill-belt antika tal-Birgu, nistgħu naraw diversi bereġ. L-istil arkitettoniku li fuqu nbnew il-bereġ tal-Birgu huwa dak RINAXXIMENTALI. Fl-istil Rinaxximentali, il-faċċata kienet tinħadem lixxa u mingħajr kumplikazzjonijiet.

  9. Billi l-Kavallieri investew enerġija u flus fil-Birgu, huma dawru l-belt kapitali tagħhom bis-swar. Sal-lum dawra mal-Birgu għadha turik sensiela ta’ swar tassew b’saħħithom immens. Is-Swar tal-Birgu

  10. Dragut jattakka lil Malta • Test importanti għall-Birgu wasal fl-1551, fi żmien il-Granmastru D’Homedes. • Il-mexxej Tork Dragut attakka l-Gżejjer Maltin. • Huwa daħal bla xkiel fil-Port ta’ Marsamxett. • Niżel l-art, seraq li sab u ħarbat kulma ma setax jieħu miegħu. • Il-Birgu pero` ma kellux biex jirbħu. • Dragut baqa’ sejjer Għawdex, rebaħ il-gżira u kaxkar lill-popolazzjoni kollha fl-iskjavitu`. • Fi triqtu lura lejn id-dar, Dragut rebaħ ukoll Tripli li dak iż-żmien kellha difiża organizzata mill-Kavallieri.

  11. Wara Dragut • Wara l-attakk ta’ Dragut, il-Kavallieri ma qatgħux qalbhom imma meddew għonqhom għax-xogħol. • Bnew il-Forti Sant Jiermu. • Dawru l-Isla bis-swar. • Bnew il-Forti San Mikiel fuq in-naħa ta’ ġewwa ta’ l-Isla. • Saħħew iktar il-Kastell Sant Anġlu.

  12. L-Assedju l-Kbir • Hekk wasalna għall-Assedju l-Kbir ta’ l-1565. • Flotta Torka attakkat il-Gżejjer Maltin. • Il-Kavallieri u l-Maltin, immexxija mill-Granmastru La Valette, għelbu l-qawwiet Ottomani. • L-unika fortizza li rebħu t-Torok kien il-Forti Sant Jiermu. • Il-Birgu, l-Isla, il-Kastell Sant Anġlu u l-Forti San Mikiel żammew iebes.

  13. Wara l-Assedju • Il-Birgu ingħata t-titlu li baqa’ jġib sal-lum, CITTA` VITTORIOSA – il-belt qatt mirbuħa. • L-Isla ssejħet SENGLEA – għall-Ganmastru La Sengle li bniha. • Il-Kavallieri taw bidu għall-bini ta’ belt kapitali ġdida – VALLETTA. • Il-pjazza prinċipali tal-Birgu ingħata l-isem ta’ MISRAĦ IR-REBĦA.

More Related