1 / 27

Qari mi ll - Ewwel Ittra ta’ San Pawl Appostlu lil Timotju

Qari mi ll - Ewwel Ittra ta’ San Pawl Appostlu lil Timotju. 1 Tim 2, 1-8. Nitolbok li jsiru suppliki lil Alla għall-bnedmin kollha, li jrid li l-bnedmin kollha jsalvaw. Għażiż, nitolbok l-ewwel nett li jsiru suppliki, orazzjonijiet, talb u radd

kelton
Télécharger la présentation

Qari mi ll - Ewwel Ittra ta’ San Pawl Appostlu lil Timotju

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Qari mill-EwwelIttra ta’ San Pawl AppostlulilTimotju 1Tim 2, 1-8 Nitolbok li jsiru suppliki lil Alla għall-bnedmin kollha, li jrid li l-bnedmin kollha jsalvaw.

  2. Għażiż, nitolbok l-ewwel nett li jsiru suppliki, orazzjonijiet, talb u radd il-ħajr għall-bnedmin kollha; għas-slaten, għal dawk kollha li għandhom xi awtorità, biex inkunu

  3. nistgħu ngħaddu ħajja fil-kwiet u fis-sliem, fit-tieba u kif jixraq. Dan hu tajjeb u jogħġob lil Alla s-Salvatur tagħna, li jrid li l-bnedmin kollha jsalvaw u jaslu biex jagħrfu l-verità.

  4. Għax wieħed hu Alla, u wieħed hu l-medjatur bejn Alla u l-bniedem, il-Bniedem Kristu Ġesù, li ta lilu nnifsu bħala prezz tal-fidwa għal kulħadd; u x-xhieda ta’ dan ngħatat

  5. f’waqtha. Hu għal dan li jien kont magħmul xandâr u appostlu - qiegħed ngħid is-sewwa, m’iniex nigdeb - biex ngħallem lill-ġnus il-fidi u l-verità. Nixtieq li l-irġiel jitolbu

  6. kullimkien, jerfgħu ’l fuq idejn safja bla għadab u bla ġlied.

  7. Il-Kelmatal-Mulej. R:/ InrodduħajrlilAlla

  8. Salm Responsorjali R:/ Imbierek il-Mulej, għax sama’ leħen it-tnehid tiegħi

  9. Isma’ leħen it-tnehid tiegħi meta nsejjaħ l-għajnuna tiegħek, kull meta nerfa’ jdejja lejn is-santwarju mqaddes tiegħek.

  10. R:/ Imbierekil-Mulej, għaxsama’ leħen it-tnehidtiegħi

  11. Il-Mulej hu l-qawwa tiegħi u t-tarka tiegħi, fih ittamat qalbi; ksibt l-għajnuna u ferħet qalbi; irroddlu ħajr bil-għana tiegħi.

  12. R:/ Imbierekil-Mulej, għaxsama’ leħen • it-tnehidtiegħi

  13. Il-Mulej hu s-saħħa tal-poplu tiegħu, kenn tas-salvazzjoni għas-sultan, il-midluk tiegħu.

  14. Salva l-poplu tiegħek, bierek ’il wirtek, kun ir-ragħaj tagħhom, erfagħhom għal dejjem!

  15. R:/ Imbierekil-Mulej, għaxsama’ leħen it-tnehidtiegħi

  16. Hallelujah, Hallelujah Hallelujah Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-waħdieni, biex kull min jemmen fih ikollu l-ħajja ta’ dejjem. Hallelujah, Hallelujah

  17. Qari • Mill-Evanġelju • ta’ San Luqa • Lq7, 1-10 • R:/ GlorjalilekMulej Anqas f’Iżrael ma sibt fidi bħal din

  18. F’dakiż-żmien, Ġesù, meta spiċċa jgħid lin-nies kulma kellu jgħidilhom, daħal Kafarnahum. U jkun hemm ċenturjun li kellu qaddej għażiż ħafna għalih, li kien marid u

  19. wasal fl-aħħar. Iċ-ċenturjun sama’ b’Ġesù u bagħatlu xi wħud mix-xjuħ tal-Lhud biex jitolbuh jiġi jfejjaqlu l-qaddej. Dawk marru quddiem Ġesù u bdew

  20. jitolbuh b’ħerqa kbira u jgħidulu: “Jixraqlu li tagħmillu dan, għax hu jgħożż il-ġens tagħna, u kien hu li bnielna s-sinagoga.” Ġesù mar magħhom, u ma

  21. kienx ’il bogħod wisq mid-dar meta ċ-ċenturjun bagħat jgħidlu ma’ xi ħbieb: “Sinjur, toqgħodx tinqala’, għax jien ma jistħoqqlix li int tidħol

  22. taħt is-saqaf tiegħi; għalhekk ħassejt li anqas kien jistħoqqli niġi nsibek jiena stess. Imma int ordna b’kelma, u l-qaddej tiegħi jfiq. Għax jien ukoll bniedem taħt is-setgħa ta’

  23. ħaddieħor, u jiena stess għandi suldati taħt il-kmand tiegħi; lil wieħed ngħidlu: <Mur!>, u jmur; lil ieħor ngħidlu: <Ejja!>, u jiġi; u lill-qaddej ngħidlu: <Agħmel dan!>,

  24. u jagħmlu.” Ġesù baqa’ mistagħġeb bih meta sama’ dan; dar lejn in-nies li kienu miexja warajh u qalilhom: “Ngħidilkom li anqas

  25. f’Iżrael ma sibt fidi bħaldin!” Meta mbagħad dawk li kienu mibgħuta reġgħu lura d-dar, sabu l-qaddej qawwi u sħiħ.

  26. Il-Kelma tal-Mulej R:/ It-tifħirlilekKristu

  27. ĦSIEB

More Related