1 / 28

Qari mi ll - Ewwel Ittra ta’ San Pawl Appostlu lil Timotju

Qari mi ll - Ewwel Ittra ta’ San Pawl Appostlu lil Timotju. 1 Tim 6, 13-16. Żomm ruħek bla tebgħa sa jum id-dehra ta’ Sidna Ġesù Kristu. Għażiż, inwissik quddiem Alla li jagħti l-ħajja

zilya
Télécharger la présentation

Qari mi ll - Ewwel Ittra ta’ San Pawl Appostlu lil Timotju

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Qari mill-EwwelIttra ta’ San Pawl AppostlulilTimotju 1Tim 6, 13-16 Żomm ruħek bla tebgħa sa jum id-dehra ta’ Sidna Ġesù Kristu.

  2. Għażiż, inwissik quddiem Alla li jagħti l-ħajja lill-ħlejjaq kollha, u quddiem Kristu Ġesù li xehed u għamel l-istqarrija sabiħa quddiem Ponzju Pilatu. Inwissik biex tħares

  3. l-istruzzjonijiet li rċevejt u żżomm ruħek bla tebgħa u bla ħtija sa jum id-dehra ta’ Sidna Ġesù Kristu, li għad juriha f’waqtha. Dak li hu l-hieni u waħdu setgħani, is-Sultan

  4. tas-slaten u s-Sid tas-sidien, li hu biss ma jmut qatt u jgħammar f’dawl li ħadd ma jista’ jersaq lejh, hu li ebda bniedem qatt ma rah u anqas qatt jista’

  5. jarah. Lilu ġieħ u setgħa għal dejjem! Ammen.

  6. Il-Kelmatal-Mulej. R:/ IrrodduħajrlilAlla

  7. Salm Responsorjali R:/ Idħlu quddiem il-Mulej b’għana ferrieħi

  8. Għajtu bil-ferħ lill-Mulej, nies kollha tal-art, aqdu bil-ferħ lill-Mulej, idħlu quddiemu b’għana ferrieħi

  9. R:/ Idħluquddiem il-Mulejb’għanaferrieħi

  10. Kunu afu li Jaħweh hu Alla, hu ħalaqna, u aħna tiegħu, aħna l-poplu tiegħu u n-nagħaġ tal-mergħa tiegħu.

  11. R:/ Idħluquddiem il-Mulejb’għanaferrieħi

  12. Idħlu b’għana ta’ ħajr mill-bibien tiegħu, bit-tifħir fil-btieħi tat-tempju tiegħu; roddulu ħajr u bierku ismu!

  13. R:/ Idħluquddiem il-Mulejb’għanaferrieħi

  14. Għax twajjeb il-Mulej, għal dejjem it-tieba tiegħu; minn żmien għal żmien il-fedeltà tiegħu.

  15. R:/ Idħluquddiem il-Mulejb’għanaferrieħi

  16. Hallelujah, Hallelujah Henjin dawk li jisimgħu l-kelma ta’ Alla b’qalb tajba u sinċiera, jgħożżuha, u jagħmlu l-frott billi jżommu sħiħ. Hallelujah, Hallelujah

  17. QariMill-Evanġelju ta’ • San Luqa • Lq8, 4-15 • R:/ GlorjalilekMulej Iż-żerrigħat li jaqgħu f’art tajba huma dawk li jisimgħu l-Kelma u jgħożżuha, u jagħmlu l-frott billi jżommu sħiħ.

  18. F’dak iż-żmien, inġemgħet kotra kbira ta’ nies li kienu ġejjin lejn Ġesù minn kull belt, u hu qalilhom din il-parabbola: “Wieħed bidwi ħareġ jiżra’ ż-żerriegħa li kellu.

  19. Huwa u jiżra’, xi żerrigħat waqgħulu mal-mogħdija u ntrifsu, u l-għasafar tal-ajru naqqruhom kollha. Oħrajn waqgħu fuq il-blat, u nibtu u nixfu,

  20. għax tira ma kellhomx. Oħrajn waqgħu qalb ix-xewk, u x-xewk kiber magħhom u ħonoqhom. Oħrajn waqgħu f’art tajba, u nibtu u għamlu l-frott kull waħda mija.”

  21. Kif qal dan, rafa’ leħnu u qal: “Min għandu widnejn biex jisma’, ħa jisma’!” Id-dixxipli tiegħu staqsewh x’kienet dik il-parabbola. U hu qalilhom:

  22. “Lilkom ingħata li tagħrfu l-misteri tas-Saltna ta’ Alla, iżda lill-bqija bil-parabboli, biex iħarsu u ma jarawx, u jisimgħu u ma jifhmux. Il-parabbola, mela, hija

  23. din: iż-żerriegħa hi l-kelma ta’ Alla. Dawk ta’ matul il-mogħdija huma dawk li jismigħu, imbagħad jiġi x-Xitan u jaħtfilhom il-Kelma minn qalbhom, li ma jmorrux

  24. jemmnu u jsalvaw. Dawk ta’ fuq il-blat huma dawk li, meta jisimgħu l-Kelma, jilqgħuha bil-ferħ, iżda billi ma jkollhomx għeruq jemmnu għal ftit taż-żmien, u meta jiġi

  25. fuqhom it-tiġrib jitilqu. Dawk li jaqgħu qalb ix-xewk huma dawk li jisimgħu, iżda aktar ’il quddiem l-inkwiet żejjed u l-għana u l-pjaċiri tal-ħajja joħonquhom u

  26. l-frott tagħhom ma jsirx. Imma dawk li jaqgħu f’art tajba huma dawk li jisimgħu l-Kelma b’qalb tajba u sinċiera, jgħożżuha, u jagħmlu l-frott billi jżommu sħiħ.”

  27. Il-Kelma tal-Mulej R:/ It-tifħirlilekKristu

  28. ĦSIEB

More Related