1 / 24

Qari mill-Ktieb ta’ Bin Sirak Sir 4, 12-22

Qari mill-Ktieb ta’ Bin Sirak Sir 4, 12-22. Dawk li jħobbu l-għerf, iħobbhom il-Mulej. L-għerf jgħolli lil uliedu, u jieħu ħsieb dawk li jfittxuh. Min iħobbu, iħobb il-ħajja, u dawk li jbakkru għalih jimtlew bl-hena. Min jieħdu taħt idejh jiret il-glorja, u kull fejn imur,.

fisk
Télécharger la présentation

Qari mill-Ktieb ta’ Bin Sirak Sir 4, 12-22

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Qari mill-Ktieb • ta’ • Bin Sirak • Sir 4, 12-22 • Dawk li jħobbu l-għerf, iħobbhom il-Mulej.

  2. L-għerf jgħolli lil uliedu, u jieħu ħsieb dawk li jfittxuh. Min iħobbu, iħobb il-ħajja, u dawk li jbakkru għalih jimtlew bl-hena. Min jieħdu taħt idejh jiret il-glorja, u kull fejn imur,

  3. ibierku l-Mulej. Dawk li jaqduh, iservu l-Qaddis, u dawk li jħobbuh, iħobbhom il-Mulej. Min jisma’ minnu jagħmel ħaqq mill-ġnus, u min idur lejh jgħix f’daru b’moħħ

  4. mistrieħ. Jekk jafda fl-għerf, jiksbu, u l-għerf jibqa’ f’idejn nislu. Għax għall-ewwel jimxi miegħu f’mogħdijiet mgħawġa, iġib fuqu biża’ u nuqqas ta’ kuraġġ,

  5. d-dixxiplina tiegħu sa ma jnissillu l-fiduċja fih, u jġarrbu bl-ordnijiet tiegħu. Imbagħad jerġa’ dritt għal għandu u jferrħu, u jurih il-ħwejjeġ moħbija tiegħu. Jekk jipprova fuqu

  6. joħroġ mit-triq iħallih waħdu, u jagħtih f’idejn it-telfien tiegħu.

  7. Il-Kelmatal-Mulej. R:/ IrrodduħajrlilAlla

  8. Salm Responsorjali R:/ Sliem bil-kotra għal min iħobb il-liġi tiegħek

  9. Sliem bil-kotra għal min iħobb il-liġi tiegħek; ma hemm ebda tfixkil għalihom.

  10. Inħares il-preċetti u l-kmandamenti tiegħek; quddiem għajnejk l-imġiba tiegħi kollha.

  11. R:/ Sliem bil-kotra għal min iħobb il-liġi tiegħek

  12. Jinfexxu xufftejja fit-tifħir tiegħek, għax int tgħallimni l-kmandamenti tiegħek.

  13. Ixandar ilsieni l-wegħda tiegħek, għax kollha ġusti l-kmandamenti tiegħek.

  14. R:/ Sliem bil-kotra għal min iħobb il-liġi tiegħek

  15. Jien nixtieq is-salvazzjoni tiegħek, Mulej; il-liġi tiegħek hija l-għaxqa tiegħi.

  16. Ħa nibqa’ ħaj, biex infaħħrek! Ikunu d-digrieti tiegħek l-għajnuna tiegħi!

  17. R:/ Sliem bil-kotra għal min iħobb il-liġi tiegħek

  18. Hallelujah, Hallelujah Jiena hu t-Triq, il-Verità u l-Ħajja,jgħid il-Mulej. Ħadd ma jmur għand il-Missier jekk mhux permezz tiegħi. Hallelujah, Hallelujah

  19. Qari mill-Evanġelju skont San Mark Mk 9, 38-40 R:/ GlorjalilekMulej Min mhuwiex kontra tagħna, huwa magħna.

  20. F’dak iż-żmien, Ġwanni qal lil Ġesù: “Mgħallem, wieħed raġel, li s-soltu ma jkunx magħna, rajnieh ikeċċi x-xjaten f’ismek u ridna nżommuh, għax hu

  21. mhuwiex wieħed minn tagħna.” Imma Ġesù qal: “La żżomuhx, le, għax ma hemm ħadd li se jagħmel miraklu f’ismi u mbagħad malajr se jkollu

  22. ħila jgħid kontra tiegħi. Għax min mhuwiex kontra tagħna, huwa magħna.”

  23. Il-Kelma tal-Mulej R:/ It-tifħirlilekKristu

  24. ĦSIEB

More Related