1 / 20

Familja wa ħ da fil-Knisja ta’ Ġ esu’

Familja wa ħ da fil-Knisja ta’ Ġ esu’. Lejn il-Missier 6 Lezzjoni 12 Paul A. Rapa. X’qe għ din taraw fir-ritratt? X’ta ħ sbu li ġ ara? Għ aliex ta ħ sbu li l-bnedmin mhumiex kapa ċ i j għ ixu fil-pa ċ i?. Għ aliex da ħ al il- ħ a ż en fid-dinja?.

galena
Télécharger la présentation

Familja wa ħ da fil-Knisja ta’ Ġ esu’

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Familja waħda fil-Knisja ta’ Ġesu’ Lejn il-Missier 6 Lezzjoni 12 Paul A. Rapa

  2. X’qegħdin taraw fir-ritratt? X’taħsbu li ġara? Għaliex taħsbu li l-bnedmin mhumiex kapaċi jgħixu fil-paċi?

  3. Għaliex daħal il- ħażen fid-dinja? Il-ħażen daħal għaliex l-ewwel bnedmin ma ridux jobdu u jafdaw lil Alla. Għamlu ta’ rashom. Hekk kif infirdu minnu, infirdu minn xulxin.

  4. Aktar ma l-bnedmin infirdu minn Alla, aktar bdew jinfirdu bejniethom. Mingħajr Alla, il-bnedmin m’għandhomx il-ħila jħobbu tassew lil xulxin u jgħixu fil-paċi.

  5. Għalkemm infirdu minnu, Alla xorta baqa’ jħobb lill-bnedmin. Ġesu’ ġie fid-dinja u waqqaf il-Knisja tiegħu. Fil-Knisja Ġesu’ jrid jiġbor lill-bnedmin kollha u jagħmilhom FAMILJA WAĦDA.

  6. Fil-Knisja, Ġesu’ xtaq li nkunu ħaġa waħda. Hekk talab fl-aħħar ikla: “Kif inti fija Missier, u jiena fik, ħa jkunu huma wkoll ħaġa waħda fina.”

  7. L-ewwel insara kienu magħqudin ħafna bejniethom

  8. Fil-Knisja ta’ Ġesu’ irridu naqblu f’dak li nemmnu, f’dak li nagħmlu u nimxu flimkien fl-imħabba waraĠesu’.

  9. Il-Knisja ta’ Ġesù ma tistax tkun aktar minn waħda. Matul is-snin l-insara infirdu bejniethom.

  10. Illum jifhmu li hemm bżonn ikunu magħqudin. Ġimgħa ta’ talb speċjali bejn it-18 u l-25 ta’ Jannar.

  11. Fil-Knisja Ġesu’ jridli nkunu l-familja ta’ Alla. Fil-Knisja aħna ngħixu bħala ulied Alla kif sirna fil-Magħmudija. Aħna msejħin biex insiru qaddisin.

  12. Aħna nsiru qaddisin billi nħobbu lil Alla bħala Missierna kif għallimna Ġesù Il-Knisja hija qaddisagħaliex hija l-familja ta’ Alla u għax fiha Alla jaqsam ħajtu magħna.

  13. Għalhekk irridu nħobbu l-knisja, nobdu t-tagħlim tagħha u nieħdu sehem fit-talb tagħha.

  14. Il-Knisja ta’ Ġesu’ hijawkoll Kattolika. Kattolika tfisser li l-Knisja għandha l-qawwa li tixtered mad-dinja kollha. Hija tiġbor fiha u ssalva lill-bnedmin kollha.

  15. Is-saltna t’Alla tixbah lil żerriegħa tal-mustarda li wieħed raġel ikun qabad u żera’ fl-għalqa tiegħu. Hija tabilħaqq l-iżgħar waħda fost iż-żrieragħ kollha iżda meta tikber tkun l-akbar waħda fost il-ħxejjex u ssir siġra, hekk li l-għasafar tal-ajru jiġu jistkennu u jbejtu fil-friegħi tagħha.

  16. L-għasafar tal-ajru huma l-bnedmin kollha; in-nies ta’ kull żmien u ta’ kull pajjiż.

  17. Ġesu’ huwa r-Ragħaj u l-Mexxej tal-Knisja. Warajh ħalla lill-Appostli bħala rgħajja tal-Insara.

  18. Il-Knisja hija wkoll Appostolika għaliex hija mibnija fuq it-Tagħlim tal-Appostli. Illum minflok l-Appostli għandna lill-Papa u ‘l-Isqfijiet .

  19. Magħqudin mal-Papa u mal- Isqfijiet aħna nistgħu nersqu lejn Alla biex bħala familja nirringrazzjawh għall-ħwejjeġ kbar li għamel magħna.

  20. TMIEM Paul A. Rapa

More Related