1 / 8

It-Tromba

It-Tromba. Carmel G. Cauchi Poe ż iji li ma jmutu qatt - Mi nn Id -Denfil tal-5 Sena , 1974. Nieħdu pjaċir nitgħallmu l-Malti bil-poeżiji. Taf tg ħidli x’inhi tromba?” Ġakkin staqsa lill-papà, “għax din biċċa mill- homework li lilna l-għalliem ta.”. “Ħafifa,” il-papà wieġbu.

kim
Télécharger la présentation

It-Tromba

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. It-Tromba Carmel G. Cauchi Poeżiji li ma jmutu qatt - Minn Id-Denfil tal-5 Sena, 1974 Nieħdu pjaċir nitgħallmu l-Malti bil-poeżiji

  2. Taf tgħidli x’inhi tromba?” Ġakkin staqsa lill-papà, “għax din biċċa mill-homework li lilna l-għalliem ta.” “Ħafifa,” il-papà wieġbu. “U int tafha, imma nsejt. It-tromba tkun bħal kamra Fit-taraġ, fejn il-bejt.”

  3. In-nannu ndaħal, “Jiena bla skola u ’njorant, ’ma dejjem ħsibt li tromba hi mnieħer l-iljunfant.” “U le,” qabżet in-nanna hekk kif magħhom ħaditha. “It-tromba tkun l-għonq għoli taż-żarbun goff tax-xita.”

  4. U hekk dwar x’inhi tromba tilwima sħiħa bdiet li damet sa flgħaxija, sa xħin waslu z-zijiet. Staqsew liz-ziju u qallhom Li t-tromba ddoqq bl-infiħ, Li hi strument tal-banda, Li ddoqq tassew sabiħ.

  5. “U mur!” merietu z-zija. “It-tromba ħerba ġġib; tkun riefnu jdur u jagħqad u tiknes kulma ssib.” U żdiedet it-tilwima dwar x’tista’ tromba tkun, kulħadd jgħajjat u jisħon, kulħadd irid raġun.

  6. “Ftakart,” imbagħad qalilhom Ġakkin jibża’ u jirtogħod, “ftakart x’inhija tromba: Strument biex tara ’l bogħod!”

  7. It-Tromba ta’ Carmel G. Cauchi Staqsew liz-ziju u qallhom Li t-tromba ddoqq bl-infiħ, Li hi strument tal-banda, Li ddoqq tassew sabiħ. Taf tgħidli x’inhi tromba?” Ġakkin staqsa lill-papà, “għax din biċċa mill-homework li lilna l-għalliem ta.” “Ħafifa,” il-papà wieġbu. “U int tafha, imma nsejt. It-tromba tkun bħal kamra Fit-taraġ, fejn il-bejt.” “U mur!” merietu z-zija. “It-tromba ħerba ġġib; tkun riefnu jdur u jagħqad u tiknes kulma ssib.” In-nannu ndaħal, “Jiena bla skola u ’njorant, ’ma dejjem ħsibt li tromba hi mnieħer l-iljunfant.” U żdiedet it-tilwima dwar x’tista’ tromba tkun, kulħadd jgħajjat u jisħon, kulħadd irid raġun. U hekk dwar x’inhi tromba tilwima sħiħa bdiet li damet sa flgħaxija, sa xħin waslu z-zijiet. “Ftakart,” imbagħad qalilhom Ġakkin jibża’ u jirtogħod, “ftakart x’inhija tromba: Strument biex tara ’l bogħod!” http://malti.skola.edu.mt

  8. Saħħa! http://malti.skola.edu.mt

More Related