1 / 30

Qari mit-Tieni Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Korintin 2Kor 11,1-11

Qari mit-Tieni Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Korintin 2Kor 11,1-11. Ħ abbartilkom l-Evan ġ elju ta’ Alla b’xejn. Ħuti, mhux li kontu tieħdu ftit paċenzja bil-bluha tiegħi ! Naf, iva, li tieħdu paċenzja bija. Jiena għajjur għalikom bl-istess għejra ta’Alla:.

lesa
Télécharger la présentation

Qari mit-Tieni Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Korintin 2Kor 11,1-11

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Qari mit-Tieni Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Korintin 2Kor 11,1-11 Ħabbartilkom l-Evanġelju ta’ Alla b’xejn

  2. Ħuti, mhux li kontu tieħdu ftit paċenzja bil-bluha tiegħi! Naf, iva, li tieħdu paċenzja bija. Jiena għajjur għalikom bl-istess għejra ta’Alla:

  3. għax jiena għarrastkom lil għarus wieħed, bħallikieku kontu xebba safja biex irressaqkom quddiem Kristu. Jiena nibża’ li, bħalma s-serp qarraq b’Eva bil-ħażen tiegħu,

  4. hekk fehmietkom jitħassru mis-sempliċita’ u s-safa tagħhom fi Kristu. Għax jekk xi ħadd jiġi jxandar Ġesù ieħor, mhux dak li xandarnielkom aħna,

  5. jew tieħdu Spirtu ieħor barra dak li ħadtu, jew xi Evanġelju ieħor barra dak li lqajtu, intom kontu tistabru bih. Naħseb li jien m’iniex inqas minn dawn l-appostli kbar.

  6. Jekk jien ma ninqalax fil-kliem, ninqala fl-għerf; dan aħna wrejnihulkom bid-dieher b’kull mod u quddiem kulħadd. Jaqaw għamilt xi dnub

  7. meta jien ċekkint lili nnifsi biex intom togħolew? Meta ħabbartilkom l-Evanġelju ta’ Alla b’xejn? Neżżajt il-knejjes l-oħra, billi ħadt mingħandkom l-għajxien

  8. tiegħi biex naqdi lilkom; u meta ġejt għankom u ġejt fil-bżonn, ma dejjaqt lil ħadd. Għall-ħtiġiet tiegħi ħasbu fuq li ħasbu l-aħwa li ġew mill-Maċedonja. F’kollox

  9. ġibt ruħi b’mod li ma nkunx ta’ piż għalikom, u hekk nibqa’ nġib ruħi. Fuq il-verità ta’ Kristu li hemm fija, din ir-raġuni għall-ftaħir tiegħi ma jeħodieli ħadd fl-inħawi

  10. tal-Akaja. Għaliex? Għax ma nħobbkomx? Alla jaf li jien inħobbkom!

  11. Il-Kelma tal-Mulej. R:/ Irroddu ħajr lil Alla

  12. Salm Responsorjali Is-sewwa u l- ħaqq għemil idejk, Mulej

  13. Irrodd ħajr lill-Mulej b’qalbi kollha, fil-laqgħa tat-tajbin flimkien miġbura.

  14. Kbar huma l-għemmejel tal-Mulej; Iffittxuhom dawk kollha li jitgħaxxqu bihom.

  15. R:/ Is-Sewwa u l-ħaqq għemil idejk, Mulej

  16. Kollu ġmiel u kobor għemil il-Mulej; għal dejjem tibqa’ l-ġustizzja tiegħu. Waqqaf tifkira bl-għeġubijiet tiegħu;twajjeb u ħanin il-Mulej.

  17. R:/ Is-Sewwa u l-ħaqq għemil idejk, Mulej

  18. Is-sewwa u l-ħaqq għemil idejh; ta’ min joqgħod fuqhom il-preċetti tiegħu,

  19. Imwettqa għal dejjem ta’ dejjem, magħmula bis-sewwa u bid-dritt.

  20. R:/ Is-Sewwa u l-ħaqq għemil idejk, Mulej

  21. Hallelujah Hallelujah Irċevejt l-Ispirtu li jagħmel minnhom ulied adottivi; u li bih aħna nistgħu ngħajtu: “Abbà! Missier!” Hallelujah Hallelujah

  22. Qari mill-Evanġelju ta’ San Mattew Mt 6, 7-15 R:/ GlorjalilekMulej Melaitolbuhekk.

  23. F’dak iż-żmien, Ġesù, qal lid-dixxipli tiegħu: “Intom u titolbu toqgħodux tlaballbu bħall-pagani; dawn mingħalihom li, iktar ma jgħidu, iktar jinstemgħu.

  24. Tkunux bħalhom, għax Missierkom jaf x’teħtieġu, qabel ma titolbuh intom. Mela itolbu hekk:

  25. Missierna li inti fis-smewwiet, Jitqaddes ismek, tiġi saltnatek, ikun li trid int, Kif fis-sema hekkda fl-art

  26. Ħobżna ta’ kuljum agħtina llum. Aħfrilna dnubietna, bħalma naħfru lil min hu ħati għalina. U la daħħalniex fit-tiġrib, Iżda eħlisna mid-deni.

  27. Għax jekk intom taħfru lill-bnedmin il-ħtijiet tagħhom, Missierkom li hu fis-smewwiet jaħfer lilkom ukoll. Imma jekk intom ma taħfrux

  28. lill-bnedmin il-ħtijiet tagħhom, anqas Missierkom ma jaħfer lilkom il-ħtijiet tagħkom”

  29. Il-Kelma tal-Mulej R:/ It-tifħirlilekKristu

  30. ĦSIEB

More Related