1 / 25

Kelma tal- Ħajja

Kelma tal- Ħajja. Jannar 2013. Mit-18 sal-25 ta’ Jannar, f’ħafna naħat tad-dinja, tiġi ċċelebrata l-Ġimgħa ta’ talb għall-għaqda tal-insara. F’naħat oħra din tiġi ċċelebrata f’jum il-Pente k oste. Din is-sena ġiet magħżula din is-sentenza għall-Ġimgħa ta’ talb: “X’jistenna minnek

luann
Télécharger la présentation

Kelma tal- Ħajja

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Kelmatal- Ħajja Jannar 2013

  2. Mit-18 sal-25 ta’ Jannar, f’ħafna naħat tad-dinja, tiġi ċċelebrata l-Ġimgħa ta’ talb għall-għaqda tal-insara. F’naħat oħra din tiġi ċċelebrata f’jum il-Pentekoste. Din is-sena ġiet magħżula din is-sentenza għall-Ġimgħa ta’ talb: “X’jistenna minnek il-Mulej” (Mik 6, 6-8).

  3. Is-soltu, kull darba, Chiara Lubich kienet tikkummenta s-sentenza mill-Bibbja. Biex inżommu dan il-kontribut tagħha, nipproponu il-kumment li kitbet fuq is-sentenza li nsibu f’Mattew 9, 3 (qabbluh ma’ Osea 6, 6) f’Ġunju tal-1996 li jista’ jservi bħala kontribut biex ninżlu fil-fond tal-Kelma li qed nipproponu.

  4. «Mela morru tgħallmu x’jiġifieri Ħniena nistenna u mhux sagrifiċċju» (Mt 9,13).

  5. «... Ħniena nistenna u mhux sagrifiċċju». Tiftakar meta Ġesù qal dan il-kliem? Qalu meta kien bilqiegħda għall-ikel u xi publikani u midinbin poġġew madwar il-mejda Miegħu. Meta ndunaw b’dan, il-fariżej li kienu qegħdin hemm qalu lid-dixxipli tiegħu: “Għaliex jiekol mal-publikani u l-midinbin l-Imgħallem tagħkom?” U kif semagħhom jgħidu hekk, Ġesù weġibhom:

  6. «Mela morru tgħallmu x’jiġifieri Ħniena nistenna u mhux sagrifiċċju» (Mt 9,13).

  7. Hawnhekk Ġesù qed jgħid dak li kien kiteb il-profeta Osea, u dan juri li kien jaqbel miegħu: infatti din hija r-regola li jimxu fuqha Huwa stess. Dan il-kliem jgħid li l-imħabba għandha tieħu l-ewwel post, għandha tiġi qabel kull kmandament ieħor, qabel kull regola jew preċett ieħor.

  8. Dan hu l-kristjaneżmu: Ġesù ġie biex jgħidlek li Alla jrid minnek u mingħand l-oħrajn l-ewwelnett l-imħabba u li din ir-rieda t’Alla kienet diġà mħabbra fl-Iskrittura, kif jixhed kliem il-profeta.

  9. Għal kull nisrani l-imħabba hi l-programm tal-ħajja, hi l-liġi fundamentali ta’ kif irid iġib ruħu, hi l-kriterju ta’ kif irid jimxi.

  10. L-imħabba trid tiġi qabel il-liġijiet l-oħra kollha. Anzi: l-imħabba għall-oħrajn trid tkun għan-nisrani dak il-pedament sod li fuqu jista’ jħares kull liġi oħra.

  11. «... Ħniena nistenna u mhux sagrifiċċju ».

  12. Ġesù jridna nħobbu, u l-ħniena hi mod kif nuruha. Hu jrid li n-nisrani jgħix hekk l-ewwelnett għax Alla jgħix hekk.

  13. Għal Ġesù, Alla hu qabel xejn Alla Ħanin, hu l-Missier li jħobb ’il kulħadd, li jtella’ x-xemx u jibgħat ix-xita fuq it-tajbin u fuq il-ħżiena.

  14. Ġesù ma jibżax joqgħod mal-midinbin għax hu jħobb ’il kulħadd, u b’dan hu jurina min hu Alla.  Mela la Alla hu hekk, la Ġesù hu hekk, inti wkoll għandu jkollok l-istess sentimenti tiegħu.

  15. «... Ħniena nistenna u mhux sagrifiċċju ».

  16. "... U mhux sagrifiċċju". Jekk ma tħobbx lil ħutek il-bnedmin, Ġesù ma jiħux pjaċir bil-qima tiegħek lejh. Hu ma jilqax it-talb tiegħek, it-Tqarbin tiegħek, l-offerti li tagħmel, jekk dan kollu ma joħroġx minn qalb li tinsab fil-paċi ma’ kulħadd, qalb li hi għanja bl-imħabba għal kulħadd.

  17. Tiftakru l-kliem tant qawwi tad-diskors tal-muntanja? “Jekk tkun qiegħed ittella’ l-offerta tiegħek fuq l-artal u hemm tiftakar li ħuk għandu xi ħaġa kontra tiegħek, ħalli l-offerta tiegħek hemmhekk quddiem l-artal u mur l-ewwel irranġa ma’ ħuk, u mbagħad ejja tella’ l-offerta tiegħek” (Mt 5, 23-24).

  18. Dan il-kliem ifisser li l-qima li togħġob l-aktar ’il Alla hi l-imħabba tal-proxxmu. Din irridu npoġġuha bħala l-pedament tal-qima li nagħtu lil Alla.  Jekk tkun tixtieq tagħti rigal ’il missierek meta inti tkun miġġieled ma’ ħuk (jew ħuk miegħek), kieku x’jgħidlek missierek? “Mur irranġa u agħmel paċi, imbagħad ejja kemm trid u offrili dak li trid”.

  19. Mhux hekk biss. L-imħabba mhijiex biss il-pedament li fuqha tinbena l-ħajja tan-nisrani. Hija wkoll l-aktar triq diretta li biha ssir ir-rabta tiegħek m’Alla. Dan jgħiduh il-qaddisin, li għexu qabilna u li taw xhieda għall-Vanġelu. Dan jgħaddu minnu l-insara li jgħixu twemminhom: jekk huma jgħinu ’l ħuthom, l-aktar lil dawk li huma fil-bżonn, tikber fihom id-devozzjoni u l-għaqda tagħhom m’Alla tissaħħaħ; iħossu li teżisti rabta bejnhom u bejn il-Mulej: u din hi l-aktar ħaġa li tferraħ ’il ħajjithom.

  20. «... Ħniena nistenna u mhux sagrifiċċju ». Mela kif se ngħix din il-Kelma tal-Ħajja?

  21. Għandek tistma l-istess ’il dawk kollha li jiġu f’kuntatt miegħek. M’għandek tagħti l-ġenb lil ħadd minnhom, imma agħti dak li tista’ lil kulħadd, u tkun qed tagħmel bħal Alla l-Missier.

  22. Irranġa kull tilwima żgħira jew kbira li biha tagħti dispjaċir lis-Sema u li ddejjaqlek ħajtek. Qatt m’għandkom tħallu x-xemx tgħib fuq il-korla tagħkom, kif insibu fl-Iskrittura (ara Ef 4, 26).

  23. Jekk inti ġġib ruħek hekk, kull ma tagħmel ikun jogħġob ’il Alla u jibqa’ għal dejjem. Sew jekk inti taħdem jew tistrieħ, sew jekk tilgħab jew tistudja, sew jekk toqgħod ma’ wliedek jew tmur passiġġata ma’ martek jew ma’ żewġek, sew jekk titlob jew tiċċaħħad minn xi ħaġa, jew jekk tagħmel xi ħaġa li taqbel mas-sejħa nisranija tiegħek, kollox, kollox, kollox jgħodd għas-Saltna tas-Smewwiet.

  24. Il-Ġenna hi bħal dar li nibnuha f’din id-dinja u li ngħixu fiha fl-oħra. U tinbena bl-imħabba.

  25. «Mela morru tgħallmu x’jiġifieri Ħniena nistenna u mhux sagrifiċċju» (Mt 9,13). “Kelma tal-Ħajja”, pubblikazzjoni ta’ kull xahar tal-Moviment tal-Fokolari. Kitba ta’ Chiara Lubich, fl-1996 Grafika ta’ Anna Lollobis-sehem ta’ Fr Placido D’Omina (Sqallija, Italja)Dan il-kumment għall-Kelma tal-Ħajja jinqaleb f’96 lsien u djalett,u jilħaq miljuni ta’ persuni madwar id-dinjapermezz ta’ ġurnali, radju, TV jew internet.Għal iżjed tagħrif żurwww.focolare.orgDan il-PPS, f’diversi ilsna huwa mxandar fuq www.santuariosancalogero.org

More Related