1 / 30

L-IMDINA

L-IMDINA. Ma ħ dum u ppreżentat mill-klassi tal-Ħames sena tal-iskola tal-Baħrija li se joħdukom dawra mal-belt tal-Imdina. L-Imdina nsej ħ ulha l-Belt Kapitali l-Qadima ta’ Malta g ħ aliex inbniet ħ afna snin ilu, wisq qabel ma l-kavallieri bnew il-Belt Valletta.

marika
Télécharger la présentation

L-IMDINA

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. L-IMDINA

  2. Maħdum u ppreżentat mill-klassi tal-Ħames sena tal-iskola tal-Baħrija li se joħdukom dawra mal-belt tal-Imdina.

  3. L-Imdina nsejħulha l-Belt Kapitali l-Qadima ta’ Malta għaliex inbniet ħafna snin ilu, wisq qabel ma l-kavallieri bnew il-Belt Valletta.

  4. Aktarx kienu r-Rumani, li waqt il-ħakma tagħhom f’Malta, bnew belt fuq għolja sabiex ikunu jistgħu jaraw l-għadu ġej mill-bogħod u jkunu jistgħu jiddefendu aħjar lil din il-belt. Kienu l-Għarab li ċekknu lil din il-belt u tawha l-isem ta’ Mdina.

  5. L-Imdina hija mdawra bis-swargħoljin għax fiż-żmien ta’ ġlied, in-nies kienu jiġu mill-irħula, jidħlu fil-belt u jingħalqu wara s-swar.

  6. Fid-daħla prinċipali tal-Imdina, insibu l-Main Gate. Dan il-bieb għandu kitba li turina meta ġew irrestawrati l-ħitan ta’ din il-belt, kif ukoll l-arma tal-Gran Mastru Manoel de Vilhena.

  7. Fuq ġewwa tal-bieb hemm il-figuri ta’ San Pawl, San Publiju u Sant’ Agata li huma l-protetturi tal-Imdina u qaddisin patruni ta’ Malta.

  8. Fid-daħla tal-Imdina nsibu l-Palazz de Vilhena li huwa palazz maġistrali li nbena fl-1730 mill-Gran Mastru de Vilhena. Illum dan huwa l-Mużew tal-Istorja Naturali.

  9. Fuq in-naħa l-oħra tal-Palazz de Vilhena nsibu t-Torri tal-Istandard li qabel kien jintuża mill-gwardjani tal-belt biex iżommu l-ordni. Illum dan it-torri qiegħed jintuża bħala Uffiċċju Informazzjoni għat-turisti.

  10. Kif nidħlu fi triq Villegaignon insibu l-kappella ta’ Sant’Agata. Jingħad li meta t-Torok attakkaw lil Malta fl-1551, din il-qaddisa dehret lil soru f’ħolma u qaltilha li jekk joħorġu l-istatwa tagħha fuq is-swar, il-Maltin isalvaw. Hekk kien ġara.

  11. Fl-istess triq, insibu wkoll bini ieħor importanti fosthom Casa Inguanez (palazz tas-seklu 14), il-Kunvent tas-Sorijiet tal-klawsura tal-Benedittini u l-Banca Giuratale li fih l-Arkivji Nazzjonali tad-dokumenti storiċi ta’ pajjiżna. Banca Giuratale Casa Inguanez Kunvent tas-sorijiet

  12. Kif naslu f’nofs triq Villegaignon nieqfu biex nitpaxxew bil-ġmiel tal-pjazza tal-Katidral.Wara t-terremot din il-pjazza saret ħerba, imma meta reġa’ nbena l-katidral,il-pjazza twessgħet u tela’ dak il-bini sabiħ li qed naraw illum.

  13. Il-katidral tal-Imdina huwa mibni fuq il-post fejn qabel kien hemm il-palazz tal-gvernatur Publiju meta ġie San Pawl Malta. Għalhekk kif inhu xieraq, il-katidral hu ddedikat lill-konverżjoni ta`San Pawl u nbena fuq id-disinn tal-perit Lorenzo Gafà.

  14. Il-Katidral hu magħruf għall-ġmiel tiegħu speċjalment għall-koppla maestuża. Ġo fih jinsabu midfuna ħafna nies nobbli u monsinjuri tal-Katidral.

  15. Maġenb il-Katidral insibu l-Palazz tal-Isqof u l-Mużew tal-Katidral li huwa wieħed mill-aqwa mużewijiet tal-knejjes li nsibu fl-Ewropa. Palazz tal-Isqof Mużew tal-Katidral

  16. Lura fi triq Villegaignon insibu Palazzo Falson, magħruf ukoll bħala d-Dar Normanna. Hawnhekk il-Gran Mastru l`Isle Adam ġie milqugħ meta żar l-Imdina fl-1530. Illum huwa mużew li fih insibu kollezzjoni interessanti u unika ta` tpinġijiet, għamara u fidda antika.

  17. Faċċata tad-Dar Normanna nsibu l-Knisja ddedikata lill-Madonna tal-Karmnu. Din il-knisja hija magħrufa għall-irvell kontra l-Franċiżi li riedu jisirqu t-tapezzerija u oġġetti sagri oħra minn din il-knisja.

  18. Hekk kif tasal fuq is-sur tal-Imdina tara waħda mill-isbaħ veduti ta’ Malta.

  19. L-Imdina hija magħrufa bħala l-Belt is-Siekta minħabba l-kwiet li hemm fiha. Fl-Imdina hemm ħafna toroq dojoq u mserpin. Dan sabiex kien ikun aktar diffiċli għall-għadu biex jattakkaw.

  20. Insibu żewġ bibien oħra li minnhom tista’ tidħol fl-Imdina. Wieħed mill-bibien jissejjaħBieb il-Griegi għax probabbli kien taħt il-ħakma ta’ xi Griegi li kienu jgħixu f’dik il-parti tal-Imdina. Il-bieb l-ieħor huwa bieb sekondarju li qiegħed fil-ġenb ta’ din il-belt.

  21. L-Imdina tissejjaħ ukoll Città Notabile, titlu li ngħata lilha mir-Re Alfonsu V wara r-rewwixta kontra Monroy. L-Imdina llum hija waħda mill-attrazjonijiet ewlenin għat-turisti kif ukoll għall-Maltin.

  22. Ejjew naħdmu flimkien!

  23. Veru jew Falz? 1. L-Imdina hija magħrufa bħala l-Belt is-Siekta? Veru 2. Il-patruni tal-Imdina huma San Ġwann, San Martin u Santa Marija. Falz

  24. Falz 3. L-Imdina bnewha l-Ispanjoli. 4. L-Imdina qegħda fuq għolja. Veru 5. L-Għarab ċekknu l-Imdina. Veru

  25. Falz 6. L-Imdina għandha ħames bibien. 7. Fl-Imdina hemm aktar minn knisja waħda. Veru 8. Fil-post fejn hemm il-Katridal illum, kien hemm il-palazz tal-gvernatur Publiju. Veru

  26. Liema hi t-tajba? • L-Imdina hija mdawra bis- (swar, siġar, slielem). • 2. Fl-Imdina hemm toroq ( dojoq, dritti, wisgħin). 3. Il-katidral inbena wara (t-terremot, t-tieni gwerra dinjija, l-ewwel gwerra dinjija).

  27. L-Imdina tissejjaħ il-Belt is-Siekta għax ma jgħaddux ħafna (żwiemel, għasafar, karozzi). 5. Illum il-palazz de Vilhena huwa l-mużew (tal-katidral, tal-Istorja Naturali, tal-Isqof) 6. L-Imdina tissejjaħ ukoll Città (Notabile, Suprema, Serja).

  28. Irranġa dawn is-sentenzi. 1. tinsab L-Imdina għolja fuq 1. L-Imdina tinsab fuq għolja. 2. tal-Imdina Il-patruni San Pawl Sant’Agata huma San Publiju. 2. Il-patruni tal-Imdina huma San Pawl, Sant’Agata u San Publiju.

  29. 3. L-Imdina kienet akbar milli hi illum. 3. kienet L-Imdina milli hi akbar illum. 4. Publiju Il-katidral flok inbena il-palazz ta’ 4. Il-Katidral inbena flok il-palazz ta’ Publiju. 5. saħħew L-Għarab bis-swar l-Imdina 5. L-Għarab saħħew l-Imdina bis-swar.

  30. TMIEM Ħadu sehem f’dan il-proġett: Kulleġġ: San Nikola Skola: Primarja Baħrija Klassi: Il-Ħames Sena Għalliema: Maria Muscat LSA: Ms. R. Pisani Tfal: Ayrton, Geert, Jake, Tyrone Casey, Charmaine, Cheyenne, Lourdes, Maria

More Related