1 / 21

Kelma tal-Ħajja

Kelma tal-Ħajja. Jannar 2012. P R E M E S S A. Bħal kull sena, mit-18 sal-25 ta’ Jannar, f’ħafna partijiet tad-dinja tiġi ċelebrata l- Ġimgħa ta’ Talb għall-għaqda tal-insara, filwaqt li f’partijiet oħra din tiġi ċelebrata f’Għid il-Ħamsin.

monty
Télécharger la présentation

Kelma tal-Ħajja

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Kelma tal-Ħajja Jannar 2012

  2. P R E M E S S A Bħal kull sena, mit-18 sal-25 ta’ Jannar, f’ħafna partijiet tad-dinja tiġi ċelebrata l-Ġimgħa ta’ Talb għall-għaqda tal-insara, filwaqt li f’partijiet oħra din tiġi ċelebrata f’Għid il-Ħamsin. Il-motto ta’ din il-Ġimgħa ta’ talb għas-sena 2012, meħuda mill-Ittra ta’ San Pawl lill-Korintin (cf 1 Kor 15:51-58)hija: “Ilkoll nitbiddlu permezz tar-rebħa ta’ Sidna Ġesù Kristu”. Nissuġġerixxu għalhekk bħala Kelma tal-Ħajja għal Jannar 2012, dan li Chiara kitbet, li jidhrilna li joqgħod tajjeb għal din il-Ġimgħa tal-talb għall-għaqda.

  3. «Jekk intom irxoxtajtu ma’ Kristu, fittxu l-ħwejjeġ tas-sema, fejn Kristu qiegħed fuq il-lemin ta’ Alla.» (Kol 3,1).

  4. Dan il-kliem miktub minn San Pawl lill-komunità ta’ Kolossi, jgħidilna li teżisti dinja li fiha ssaltan imħabba vera, ftehim sħiħ, ġustizzja, sliem, qdusija u ferħ. F’din id-dinja d-dnub u t-taħsir ma jistgħux jidħlu aktar; hi dinja li fiha r-rieda tal-Missier isseħħ dejjem b’mod sħiħ.

  5. Din hija d-dinja ta’ Ġesù. Hu, bil-Qawmien tiegħu mill-mewt, fetħilna beraħ din id-dinja wara li għadda mill-prova iebsa tal-passjoni.

  6. «Jekk intom irxoxtajtu ma’ Kristu, fittxu l-ħwejjeġ tas-sema, fejn Kristu qiegħed fuq il-lemin ta’ Alla.» (Kol 3,1).

  7. Aħna, jgħid San Pawl, mhux biss imsejħin biex inkunu ta’ din id-dinja ta’ Kristu, imma diġà nagħmlu parti minnha.

  8. Il-fidi tgħidilna li permezz tal-magħmudija aħna ninsabu fi Kristu u għalhekk nieħdu sehem mill-ħajja tiegħu, mid-doni, mill-wirt, mir-rebħa tiegħu fuq id-dnub u fuq is-setgħa tal-ħażen. Infatti aħna rxuxtajna miegħu.

  9. Imma aħna m’aħniex ta’ din id-dinja ta’ Kristu b’mod sħiħ kif inhuma l-erwieħ qaddisa li diġà temmew il-vjaġġ tagħhom. Fuq kollox m’aħniex ta’ din id-dinja ta’ Kristu l-ħin kollu u għal dejjem.

  10. Diment li sa ma nibqgħu fuq din l-art aħna nibqgħu esposti għal ħafna perikli, diffikultajiet u tentazzjonijiet li jistgħu jġegħluna naħsbuha darbtejn, li jistgħu jwaqqfu l-mixja tagħna, jekk mhux ukoll idawruna lejn toroq oħra qarrieqa.

  11. «Jekk intom irxoxtajtu ma’ Kristu, fittxu l-ħwejjeġ tas-sema, fejn Kristu qiegħed fuq il-lemin ta’ Alla.» (Kol 3,1).

  12. Għalhekk nistgħu nifhmu t-talba li San Pawl qiegħed jagħmlilhom: “Fittxu l-ħwejjeġ tas-sema”.

  13. Fittxu mhux li toħorġu materjalment minn din id-dinja, imma spiritwalment. Il-liġijiet u l-passjonijiet tad-dinja ħalluhom warajkom biex tħallu l-ħsibijiet u s-sentimenti ta’ Ġesù jmexxukom.

  14. Infatti “Il-ħwejjeġ tas-sema” jfissru l-liġijiet tas-sema, il-liġi tas-Saltna tas-smewwiet, li Ġesù ġab fuq din l-art u hu jrid li aħna nwettquhom sa minn issa stess.

  15. «Jekk intom irxoxtajtu ma’ Kristu, fittxu l-ħwejjeġ tas-sema, fejn Kristu qiegħed fuq il-lemin ta’ Alla.» (Kol 3,1).

  16. Mela kif se ngħixu din il-Kelma tal-ħajja?

  17. Hi tħeġġiġna biex ma nikkuntentawx ruħna b’ħajja medjokri, ħajja mimlija kompromessi u affarijiet magħmula b’nofs qalb, imma biex bil-grazzja t’Alla, ngħixu ħajjitna skont il-liġi ta’ Kristu.

  18. Din il-Kelma tħeġġiġna biex ngħixu u nimpenjaw ruħna billi nagħtu xhieda fl-ambjent tagħna għall-valuri li Ġesù ġabilna fuq din l-art: bħalma huma l-ispirtu ta’ ftehim u ta’ paċi, ta’ qadi lil ħutna, ta’ mogħdrija u maħfra, ta’ onestà, ġustizzja, xogħol magħmul sew, fedeltà, safa, rispett għall-ħajja, eċċ.

  19. Kif nistgħu naraw, il-programm hu mimli daqskemm hi mimlija l-ħajja imma biex ma nibqgħux fis-sħab ejjew f’dan ix-xahar nobdu dik il-liġi ta’ Ġesù li tiġbor fiha l-liġijiet kollha: f’kull wieħed minn ħutna għandna naraw lil Kristu u naqduh.

  20. Mhux fuq dan ħa jkun l-aħħar eżami tagħna?

  21. «Jekk intom irxoxtajtu ma’ Kristu, fittxu l-ħwejjeġ tas-sema, fejn Kristu qiegħed fuq il-lemin ta’ Alla.» (Kol 3,1). “Kelma tal-Ħajja”, pubblikazzjoni ta’ kull xahar tal-Moviment tal-Fokolari. Kitba ta’ Chiara Lubich, f’ġunju 1988 Grafika ta’Anna Lollobis-sehem ta’ Fr. Placido D’Omina (Sqallija, Italja)Dan il-kumment għall-Kelma tal-Ħajja jinqaleb f’96 lsien u djalett,u jilħaq miljun ta’ persuni fid-dinjapermezz tal-ġurnali, radju, TV u internet.Għal iżjed tagħrif żurwww.focolare.orgjew ċempel f’wieħed miċ-Ċentri tal-Movment f’Malta: 21 38 58 01 jew 21 48 61 12

More Related