1 / 27

Kelma tal-Ħajja

Kelma tal-Ħajja. Novembr u 2011. “ Ishru, mela , għax la tafu l-jum u lanqas is-siegħa ” Mt 25, 13. Ġesù kien għadu kif ħareġ mit-tempju. Id-dixxipli, kollhom kburin, urewh id-daqs u s-sbuħija tal-bini.

bonnie
Télécharger la présentation

Kelma tal-Ħajja

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Kelma tal-Ħajja Novembru 2011

  2. “Ishru, mela,għax la tafu l-jum u lanqas is-siegħa” Mt 25, 13

  3. Ġesù kien għadu kif ħareġ mit-tempju. Id-dixxipli, kollhom kburin, urewh id-daqs u s-sbuħija tal-bini.

  4. U Ġesù qal: “Qegħdin tarawh dan kollu? Tassew, ngħidilkom, hawnhekk ma tibqax ġebla fuq oħra li ma tiġġarrafx!”

  5. Imbagħad tela’ fuq l-għolja taż-Żebbuġ, qagħad bilqiegħda u, huwa u jħares lejn Ġerusalemm, beda jitkellem fuq il-qirda tal-belt, u fuq tmiem id-dinja.

  6. “X’se jiġri fi tmiem id-dinja?”, staqsewh id-dixxipli, “u meta se jseħħ?”

  7. Din hi mistoqsija li kienu jagħmlu anki l-ġenerazzjonijiet insara li ġew wara. Hi mistoqsija li jagħmilha wkoll kulħadd.

  8. Infatti l-ġejjieni hu misterjuż u ħafna drabi jbeżżagħna. Illum issib ukoll ’il min imurlek għand xi saħħâr, u ’l min ifittex fl-oroskopju biex ikun jaf il-ġejjieni, x’se jiġri...

  9. It-tweġiba ta’ Ġesù hi ċara għall-aħħar: tmiem id-dinja għad iseħħ mal-miġja Tiegħu. Hu, is-sinjur tal-istorja, għad jerġa’ jiġi. Għalina hu Dak li jdawwal il-ġejjieni tagħna.

  10. Meta se sseħħ din il-laqgħa? Ħadd ma jaf. Tista’ sseħħ kull ħin. Infatti ħajjitna tinsab f’idejh.

  11. Hu tahielna, u Hu jista’ jeħodha lura anki ħin bla waqt, bla ebda avviż ta’ xejn. Madankollu jwissina: jekk intom tishru, tkunu qegħdin tħejju ruħkom għal din il-ġrajja.

  12. “Ishru, mela,għax la tafu l-jum u lanqas is-siegħa”

  13. Qabel xejn, b’dan il-kliem Ġesù qed jgħidilna li Hu għad jerġa’ jiġi. Ħajjitna fuq din l-art għad tintemm u mbagħad tibda ħajja ġdida, li ma tintemm qatt. Illum il-ġurnata ħadd ma jrid jitkellem fuq il-mewt...

  14. Kultant nagħmlu minn kollox biex ninsewha u nintefgħu nagħmlu x-xogħol tagħna ta’ kuljum, sa ma ninsew ’il Dak li tana l-ħajja u li għad jitlobhielna lura biex idaħħalna fil-milja tagħha, f’rabta sħiħa ma’ Missieru, fil-Ġenna.

  15. Aħna lesti li niltaqgħu miegħu? Il-musbieħ tagħna se jkun mixgħul, bħal dawk ix-xebbiet għaqlin li kienu jistennew il-wasla tal-għarus? Fi kliem ieħor, inkunu qed inħobbu?

  16. Jew inkella l-musbieħ tagħna jkun mitfi, ħtija tal-ħafna affarijiet li rridu nagħmlu, tal-ferħ ta’ ftit ħin, tal-ġid ta’ din id-dinja, li nessewna l-unika ħaġa li hi tassew meħtieġa: l-imħabba?

  17. “Ishru, mela,għax la tafu l-jum u lanqas is-siegħa”

  18. Kif għandna nishru? L-ewwelnett, u dan diġà nafuh, jishar tajjeb min iħobb.

  19. Bħal dik il-mara li tistenna ’l żewġha li jdum ma jasal mix-xogħol, jew li jkun ġej lura minn vjaġġ twil. Kif tagħmel dik l-omm li tinkwieta fuq binha li għadu ma daħalx lura d-dar. Kif tagħmel dik it-tfajla li għandha seba’ mitt sena sa ma tiltaqa’ mal-maħbub tagħha... Min iħobb jaf jistenna, anki jekk l-ieħor idum ma jasal.

  20. Nistennew ’il Ġesù jekk aħna nħobbuh u nkunu nixtiequ ħafna niltaqgħu miegħu.

  21. Nistennewh billi nħobbu b’mod konkret, per eżempju billi naqduh f’dawk in-nies li jgħixu qrib tagħna, jew billi nimpenjaw ruħna biex nibnu soċjetà aktar ġusta.

  22. Dak li qed jistedinna ngħixu hekk hu Ġesù nnifsu li jirrakkonta l-parabbola tal-qaddej il-fidil li, hu u jistenna li jasal sidu, jieħu ħsieb il-qaddejja l-oħra u l-ħtiġijiet tad-dar. Jew inkella kif insibu fil-parabbola tal-qaddejja li, huma u jistennew ’il sidhom jasal lura, jagħmlu ħilithom biex jużaw tajjeb it-talenti li ngħatawlhom.

  23. “Ishru, mela,għax la tafu l-jum u lanqas is-siegħa”

  24. Propju għaliex la nafu l-jum u lanqas is-siegħa tal-wasla tiegħu, nistgħu għalhekk nikkonċentraw aktar fuq il-jum li jingħatalna, fuq dak li nagħmlu llum, fuq il-mument preżenti li l-Providenza t’Alla qed toffrilna ngħixu.

  25. Xi żmien ilu jiena dort lejn Alla u, ħin bla waqt, tlabtU hekk.

  26. “Ġesù, agħmel li kliemi ngħidu bħallikieku kien l-aħħar kliem tiegħi fuq din l-art. Agħmel li dak li nwettaq ikun bħallikieku kien l-aħħar ħaġa li nagħmel. Agħmel li t-tbatija tiegħi nġarrabha bħallikieku kienet l-aħħar tbatija li għandi x’noffrilek. Agħmel li nitlob dejjem bħallikieku kien l-aħħar ċans tiegħi li nitkellem miegħeK f’din id-dinja”.

  27. “Ishru, mela,għax la tafu l-jum u lanqas is-siegħa” “Kelma tal-Ħajja”, pubblikazzjoni ta’ kull xahar tal-Moviment tal-Fokolari. Kitba ta’ Chiara Lubich, Novembru 2002Grafika ta’ Anna Lollobis-sehem ta’ Fr. Placido D’Omina (Sqallija, Italja) Dan il-kumment Questo commento alla Parola di Vita è tradotto in 96 lingue e idiomi, e raggiunge vari milioni di persone in tutto il mondotramite stampa, radio, TV e via internet.Per informazioni www.focolare.orgQuesto PPS, in diverse lingue, è pubblicato su www.santuariosancalogero.org (da dove si può scaricare)

More Related