1 / 15

L-Assoċjazzjoni Ewropea ta’ l-Ittestjar u l-Evalwazzjoni tal-Lingwa

L-Assoċjazzjoni Ewropea ta’ l-Ittestjar u l-Evalwazzjoni tal-Lingwa. www.ealta.eu.org. L-Istqarrija tal-Missjoni ta’ l-EALTA.

rudolf
Télécharger la présentation

L-Assoċjazzjoni Ewropea ta’ l-Ittestjar u l-Evalwazzjoni tal-Lingwa

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. L-Assoċjazzjoni Ewropea ta’ l-Ittestjar u l-Evalwazzjoni tal-Lingwa www.ealta.eu.org

  2. L-Istqarrija tal-Missjoni ta’ l-EALTA L-għan ta’ l-EALTA hu li tippromwovi l-għarfien tal-prinċipji teoretiċi ta’ l-ittestjar u ta’ l-evalwazzjoni fil-qasam tal-lingwa kif ukoll it-titjib u t-tħaddim ta’ prattiki komuni fl-ittestjar u l-evalwazzjoni fl-Ewropa.

  3. Il-linji gwida ta’ l-EALTA għal prattika tajba fl-ittestjar u l-evalwazzjoni huma indirizzati lejn tliet udjenzi differenti: Dawk involuti • fit-taħriġ ta’ l-għalliema fl-ittestjar u l-evalwazzjoni • fl-ittestjar u l-evalwazzjoni fil-klassi • fl-iżviluppar ta’ testijiet f'ċentri nazzjonali jew istituzzjonali

  4. Għal dawn il-gruppi kollha, japplikaw għadd ta’ prinċipji ġenerali: Ir-rispett lejn l-istudenti/dawk li se joqogħdu għat-test Ir-responsabbiltà L-ekwità L-affidabbiltà Il-validità Il-kollaborazzjoni bejn il-partijiet ikkonċernati

  5. Il-Linji Gwida ta’ l-EALTA għal Prattika Tajba fl-Ittestjar u l-Evalwazzjoni fil-Qasam tal-Lingwa

  6. Il-membri ta’ l-EALTA involuti fil-formazzjoni ta’ l-għalliema fil-qasam ta’ l-ittestjar u l-evalwazzjoni għandhom jiċċaraw għall-affari tagħhom u tal-partijiet involuti (dawk li qed jitħarrġu, għalliema prattikanti, dawk li jiżviluppaw il-kurrikuli):

  7. Eżempji • Kemm hi relevanti l-formazzjoni għall-kuntest ta’ dawk li qed jitħarrġu fil-qasam ta’ l-evalwazzjoni? • Kemm jiġu mgħaqqda l-prinċipji ta’ l-ittestjar u l-evalwazzjoni (jiġifieri: validità, affidibbiltà, ekwità, impatt) mal-kuntest ta’ dawk li qed jitħarrġu? • Fit-taħriġ, x’bilanċ hemm bejn it-teorija u l-prattika? • Dawk li qed jitħarrġu, kemm jiġu involuti fl-iżviluppar, l-esperimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-proċeduri ta’ l-evalwazzjoni?

  8. Il-membri ta’ l-EALTA li huma involuti fl-ittestjar u l-eżaminar fil-klassi għandhom jiċċaraw għall-affari tagħhom u tal-partijiet involuti (partikularment l-istudenti u, kemm jista’ jkun, il-ġenituri tagħhom) il-punti li ġejjin:

  9. Eżempji • X’inhu l-iskop ta’ l-evalwazzjoni? • Kemm huma addattati għall-istudenti l-proċeduri ta’ l-evalwazzjoni? • Xi sforzi jsiru biex jiġi żgurat li r-riżultati tal-valutazzjoni jkunu eżatti u ekwi? • X’għamla ta’ konsiderazzjoni tingħata lill-perspettiva ta’ l-istudenti dwar il-proċeduri ta’ l-evalwazzjoni? • X’azzjoni(jiet) se tittieħed/jittieħdu biex it-tagħlim jitjieb? • L-istudenti, x’tip ta’ informazzjoni jingħataw dwar ir-riżultati?

  10. Il-membri ta’ l-EALTA involuti fl-iżvilupp ta’ testijiet għandhom jiċċaraw għall-affari tagħhom u tal-partijiet involuti (għalliema, studenti, il-pubbliku ġenerali) il-mistoqsijiet li jidhru hawn taħt.

  11. Barra minn hekk, dawk li jħejju t-testijiethuma mħeġġa jiddjalogaw ma’ dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fl-istituzzjonijiet u l-ministeri tagħhom biex jiżguraw irwieħhom li min jieħu d-deċiżjonijiet ikun konxju kemm mill-prattiki tajbin kif ukoll minn dawk ħżiena, sabiex tittejjeb il-kwalità tas-sistemi u tal-prattiki ta’ l-evalwazzjoni.

  12. Eżempji • Kemm hu/huma speċifikat(i) b’mod ċar l-għan(ijiet) tat-test? • Dawk li jħejju t-testijiet u dawk li jfasslu l-mistoqsijiet għandhom esperjenza speċifika ta’ tagħlim fil-livell li timmira għalih l-evalwazzjoni? • X’formazzjoni rċivew dawk li jħejju t-testijiet u dawk li jfasslu l-mistoqsijiet? • Isir studju pilota dwar it-testijiet? • Dawk li jikkoreġu jirċievu formazzjoni kull darba li jsir it-test?

  13. Eżempji • Teżisti d-drawwa li testijiet li jkunu kkoreġuti b’mod suġġettiv jinqraw darbtejn minn individwi differenti? • X’effett qed ikollu l-proċess ta’ l-ittestjar fuq is-sistema? • Xi proċeduri hemm biex jiġi żgurat illi t-test jirrifletti l-bidliet li jsiru fil-kurrikulu? • X’evidenza hemm tal-kwalità tal-proċess li jintuża biex it-testijiet u l-eżamijiet jintrabtu mal-Qafas Komuni Ewropew? • X’evidenza tinġieb biex tissaħħaħ din l-istqarrija?

  14. Verżjonijiet b’ilsna differenti ta’ dawn il-Linji Gwida sa Ġunju 2007 • Iċ-Ċek • Id-Daniż • Il-Bulgaru • Il-Finlandiż • Il-Franċiż • Il-Ġorġjan • Il-Ġermaniż • Il-Grieg • Il-Katalan • Il-Latvjan • Il-Litwan • Il-Lussenburgiż • Il-Malti • Il-Polakk • Il-Portugiż • In-Norveġiż • (bokmål + nynorsk) • Ir-Rumen • Ir-Russu • Is-Slovakk • Is-Sloven • It-Taljan • It-Tork • L-Armen • L-Estonjan • L-Ingliż (R.U.) • L-Ispanjol • L-Iżvediż • L-Olandiż • L-Ungeriż

  15. Jekk tixtieq taqra d-dokument sħiħ tal-Linji Gwida ta’ l-EALTA fuq il-Prattika Tajba fl-Ittestjar u l-Evalwazzjoni fil-Qasam tal-Lingwa b’ilsna differerenti, ara www.ealta.eu.org

More Related