1 / 14

IT-TAGĦLIM TAL-MALTI

IT-TAGĦLIM TAL-MALTI. Metodi li jistgħu jintużaw fit-tagħlim tal-ħiliet bażiċi. Preżentazzjoni mogħtija fil-kors ta’ taħriġ għall-għalliema nhar it-Tnejn, 13 ta’ Frar 2012 David Muscat Uffiċjal Edukattiv tal-Malti. Analiżi il-Punt tat-Tluq. Assessjar. il- Miri is-Sillabu.

toan
Télécharger la présentation

IT-TAGĦLIM TAL-MALTI

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. IT-TAGĦLIM TAL-MALTI Metodi li jistgħu jintużaw fit-tagħlim tal-ħiliet bażiċi Preżentazzjoni mogħtija fil-kors ta’ taħriġ għall-għalliema nhar it-Tnejn, 13 ta’ Frar 2012 David Muscat Uffiċjal Edukattiv tal-Malti

  2. Analiżi il-Punt tat-Tluq Assessjar il-Miri is-Sillabu Pjan ta’ Ħidma Twettiq Riżorsi Strateġiji Metodi Metodi li jistgħu jintużaw fit-tagħlim tal-ħiliet bażiċi

  3. It-Tagħlim tal-Malti • It-tagħlim bħala vjaġġ ta’ gost u skoperta. • L-istudenti flimkien mal-għalliema jiskopru u jitgħaxxqu bi ġmiel ilsienhom u l-Kultura Maltija. • Il-punt tat-tluq u l-fus li miegħu jdur kollox – l-istudenti/ it-tfal – ħtiġijiethom, xewqathom u l-interessi tagħhom.

  4. It-Tagħlim - L-Għodda Il-Malti li nużaw biexnikkomunikaw • il-mitħaddet: l-iskola, id-dar, fil-ħwienet, fil-ġonna, fil-wesgħat pubbliċi, fit-toroq, fil-postijiet, fil-klabbs ... • il-mismugħ: fil-mezzi tax-xandir – ir-radju, it-televixin, il-filmati fuq l-internet, il-mowbajl, il-lirika… • il-muri u l-moqri: ir-rivisti, il-gazzetti, il-kotba, l-iskedi, it-tabelli, il-ġurnali elettroniċi, il-formoli, il-kalendarji ... • il-miktub: il-messaġġi,il-kartolini, l-ittri, in-noti, ir-riċetti, il-formoli, l-avviżi, ir-reklami…

  5. It-Tagħlim - Strateġiji (1) • Rakkontar ta’ esperjenzi • Smigħ, fehim u diskussjoni • Kitba u qari tal-esperjenzi rrakkontati • Tiżwiq bi stampi, xbihat u ritratti • Stampar u tixrid tas-siltiet miktuba

  6. It-Tagħlim - Strateġiji (2) • Diskussjoni dwar ġrajjiet kurrenti • Qari u/jew smigħ ta’ aħbarijiet • Tiftix bl-internet dwar l-istess ġrajjiet • Ktib tal-punti/kelmiet ewlenin

  7. It-Tagħlim - Strateġiji (3) • Taħdit fuq delizzji jew gosti • Qsim ta’ esperjenzi f’pari jew gruppi • Qari ta’ testi fuq l-istess suġġett/i • Preżentazzjoni bi stampi, ritratti, għajnuniet, materjal, u l-bqija...

  8. It-Tagħlim - Strateġiji (4) • Ġabra ta’ ittri ta’ tifħir u ilmenti minn gazzetti u fuljetti • Diskussjoni fi gruppi • Teħid tal-punti ewlenin • Tfassil ta’ ittra elettronika • Qari tal-ittra – editjar, tibdil, żidiet, tnaqqis, qsim ta’ ideat... • Bgħitl-ittra

  9. Strateġiji – is-smigħ u t-taħdit (5) • Smigħta’ parti minn storja jew ġrajja • Mistoqsijiet orali dwarha • Qsim ta’ fehmiet fuqha • Tbassir tal-bqija • Qari tal-kumplament • Diskussjoni u analiżi • Taħriġ dwar l-istess storja

  10. Strateġiji – il-qari (6) • Qari ta’ reklam/i jew avviż/i f’gazzetta • Għażil tal-kelmiet/aspetti ewlenin tiegħu • Tqabbil tar-reklam ma’ oħrajn • Taħriġ il-fehem

  11. Strateġiji – il-kitba (7) • Taħdit fuq suġġett, eż. l-ikel • Ġbir ta’ kliem marbut mas-suġġett. • Ktib ta’ xibka ta’ kliem fuq il-bord/karti. • Tnissil ta’ kliem mill-istess kliem. • Tħaddim tal-kliem f’għadd ta’ kuntesti. • Kitba ta’ lista tax-xiri jew tabella bil-prezzijiet

  12. It-Tagħlim tal-Malti Il-ħiliet imħarrġa u mħaddma: • It-taħdit • Is-smigħ u l-fehim • Il-qari u l-fehim • Il-kitba ta’ kliem, sentenzi qosra u siltiet • Id-diskussjoni u x-xogħol f’pari u gruppi żgħar • It-taħbil il-moħħ permezz ta’ logħob nebbiexi • L-iżvilupp personali, il-kunfidenza, ir-rispett u l-istima

  13. It-Tagħlim tal-Malti • Nitkellmu dwar id-dinja ta’ madwarna. • Inħeġġu lill-istudenti jaħsbu dwar tiġribhom u x’inhu jseħħ madwarhom. • Nixprunawid-diskussjoni dwar suġġetti attwali. • Inħeġġu l-qari ta’ materjal mitbugħ u elettroniku. • Inħarrġu lill-istudenti fis-sengħa tal-kitba. • Inrawmu fit-tfal sens analitiku u kritiku. • Nistimulaw l-immaġinazzjoni u l-kreattività.

  14. Grazzi

More Related