320 likes | 499 Vues
NIKKOREĠU LIL XULXIN 23 Ħadd matul is-Sena A. www.ofm.org.mt. L-1 QARI Qari mill-Ktieb tal-Profeta Eżekjel Eż 33, 7-9. Dan jgħid il-Mulej: U int, bin il-bniedem, jiena qegħidtek għassies fuq id-dar ta’ Iżrael.
E N D
NIKKOREĠU LIL XULXIN23 Ħadd matulis-Sena A www.ofm.org.mt
Dan jgħid il-Mulej:U int, bin il-bniedem,jiena qegħidtek għassies fuq id-dar ta’ Iżrael.
Meta int tisma’ kliemi ħiereġ minn fommi,għandek twiddibhom f’ismi.Meta ngħid lill-midneb, ‘Int għandek tmut żgur,’
u int ma titkellimxu ma twiddibx lill-midneb ħalli jitlaq it-triq tiegħuu l-midneb imut fi ħżunitu,demmu minn idejk infittxu.
Jekk inti twiddeb lill-midnebbiex iħalli triqtu u jerġa’ lura minnha
u hu ma jerġax lura minn triqtu u jmut fi ħżunitu,inti tkun salvajt lilek innifsek.
SALM RESPONSORJALISalm 94Isimgħu leħen il-Mulej, u la twebbsux qalbkom.
Ejjew, ħa nfaħħru bil-hena l-Mulej,ħa ngħajtu bil-ferħ lill-blata tas-salvazzjoni tagħna!Nidhru quddiemu b’għana ta’ radd il-ħajr,ngħannulu b’għajat ta’ ferħ.
Ejjew inqimuh mixħutin fl-art,għarkobbtejna quddiem il-Mulej li ħalaqna,għaliex hu Alla tagħna,u aħna l-poplu tal-mergħa tiegħu u n-ngħaġ tiegħu.
Mhuxlikontullumtisimgħuleħnu!“La twebbsuxqalbkombħalf’Meribah,bħaldak in-nharf’Massah, fid-deżert,meta ġarrbunimissirijietkom,ippruvawni, għalkemmgħemili raw.”
IT-2 QARIQari mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlu lir-RumaniRum 13, 8-10
Ħuti: Qisu li ma jkollkom ebda obbligazzjoni lejn ħadd, ħlief li tħobbu lil xulxin; għax min iħobb lill-proxxmu jkun żamm il-liġi kollha.
Għax il-kmandamenti “la tiżnix, la toqtolx, la tisraqx, la tkunx rgħib”, u kull preċett ieħor, hu liema hu, kollha jinġabru f’din il-kelma waħda:
“ħobb lill-proxxmu tiegħek bħalek innifsek.” L-imħabba ma tagħmilx deni lill-proxxmu. Mela l-imħabba hija l-milja tal-liġi.
Hallelujah. Halleluljah.Kull min iżommil-kelmata’ Kristu,fihhemmtassew l-imħabbata’ Allafil-miljatagħha.Hallelujah.
F’DAK IŻ-ŻMIEN: Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jekk ħuk jaqa’ f’xi dnub, mur sibu waħdu u widdbu.
Jekk ma jismax, erġa’ mur u ħu miegħek wieħed jew tnejn oħra, biex kull ma jingħad jissaħħaħ bil-kelma ta’ żewġ xhieda jew tlieta.
Jekk imbagħad anqas minnhom ma jkun irid jisma’, mur għid lill-ġemgħa.
U jekk anqas mill-ġemgħa ma jkun irid jisma’ żommu b’wieħed pagan u publikan.
Tassew ngħidilkom, li kull ma torbtu fuq l-art ikun marbut fis-sema, u kull ma tħollu fuq l-art ikun maħlul fis-sema.
Ngħidilkom ukoll li jekk tnejn minnkom fuq l-art jgħollu leħenhom flimkien biex jitolbu xi ħaġa, Missieri li hu fis-smewwiet jagħtihielhom.
Għax fejn tnejn jew tlieta jkunu miġbura f’ismi, hemm inkun jien f’nofshom.”
NIKKOREĠU LIL XULXIN23 Ħadd matulis-Sena A www.ofm.org.mt