1 / 61

T ħ allux qalbkom tit ħ awwad! Emmnu f’Alla, u emmnu fija wkoll.

Ir-Raba’ Ħ add tal-G ħ id (sena A). T ħ allux qalbkom tit ħ awwad! Emmnu f’Alla, u emmnu fija wkoll. Qari mill-Ktieb tal-Atti tal-Appostli. F’dawk il-jiem l- għadd tad- dixxipli kien qiegħed jiżdied ; għalhekk sar xi tgergir mil- Lhud Griegi kontra l- Lhud ,.

zoey
Télécharger la présentation

T ħ allux qalbkom tit ħ awwad! Emmnu f’Alla, u emmnu fija wkoll.

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Ir-Raba’ Ħadd tal-Għid (sena A) Tħallux qalbkom titħawwad! Emmnu f’Alla, u emmnu fija wkoll.

  2. Qari mill-Ktieb tal-Atti tal-Appostli.

  3. F’dawkil-jiem l-għadd tad-dixxiplikienqiegħedjiżdied; għalhekksar xi tgergir mil-LhudGriegikontra l-Lhud,

  4. għax dehrilhom li ma kienx hemm min jieħu ħsieb ir-romol tagħhom fil-ministeru ta’ kuljum.

  5. Għalhekk it-Tnax sejħu l-ġemgħa tad-dixxipli u qalulhom:

  6. “Mhux sewwa li aħna nħallu l-kelma ta’ Alla biex naqdu fl-imwejjed.

  7. Mela, l-aħwa, ħudu ħsieb u agħżlu minn fostkom sebat irġiel li għandhom isem tajjeb

  8. u li huma mimlijin bl-Ispirtu u bl-għerf, u nħallu din il-ħidma f’idejhom.

  9. U aħna nagħtu ruħna għat-talb u għall-ministeru tal-Kelma.”

  10. Dan il-kliem għoġoblill-ġemgħa kollha; u għażlu lil Stiefnu, bniedem mimli bil-fidi u bl-Ispirtu • s-Santu,

  11. lil Filippu, lil Prokoru, lil Nikanor, lil Timon, lil Parmena, u lil Nikola, prosèlita minn Antijokja.

  12. Lil dawn ressquhom quddiem l-appostli, li talbu u qiegħdu idejhom fuqhom.

  13. U l-kelma ta’ Alla kienet tixtered dejjem aktar;

  14. l-għadd tad-dixxipli kien jiżdied ħafna f’Ġerusalemm, u kotra kbira ta’ qassisin kienujoqogħdu għall-fidi.

  15. Il-Kelmatal-Mulej. IrrodduħajrlilAlla.

  16. Salm Responsorjali Hallelujah, Hallelujah, Hallelujah.

  17. Għannu, ġusti, bil-ferħ lill-Mulej; jixirqilhom ifaħħruh in-nies sewwa.

  18. Faħħru l-Mulej bid-daqq taċ-ċetra; għannulu fuq l-arpa b’għaxar kordi.

  19. Salm Responsorjali Hallelujah, Hallelujah, Hallelujah.

  20. Għax sewwa hi • l-kelma • tal-Mulej, kollox • bil-fedeltà huwa għamel;

  21. Hu jħobb id-dritt us-sewwa;bit-tjieba tal-Mulej mimlija l-art.

  22. Salm Responsorjali Hallelujah, Hallelujah, Hallelujah.

  23. Ara, għajnejn il-Mulej fuq dawk li jibżgħu minnu, fuq dawk li jittamaw fit-tjieba tiegħu,

  24. biex jeħilsilhom mill-mewt ħajjithom,u jaħjihom fi żmien il-ġuħ.

  25. Salm Responsorjali Hallelujah, Hallelujah, Hallelujah.

  26. Qari • mill-Ewwel Ittra ta’ • San Pietru Appostlu.

  27. Għeżież, • ersqu lejn il-Mulej, li hu dik • il-ġebla ħajja

  28. li kienet imwarrba mill-bennejja, imma magħżula minn Alla bħala ġebla għażiża.

  29. U intom ukoll, bħal ġebel ħaj, inbnew f’dar spiritwali, saċerdozju qaddis,

  30. biex toffru sagrifiċċji spiritwali li jogħġbu lil Alla permezz ta’ Ġesù Kristu.

  31. Għax hekk hemm miktub fl-Iskrittura: “Jien inqiegħed f’Sijon ġebla tax-xewka, magħżula u għażiża;

  32. min jemmenfiha ma jkolluxgħaxjitħawwad.” Għalikom, mela, litemmnu, danhuwaġieħ!

  33. Għal dawk li ma jemmnux, din l-istess ġebla li warrbu l-bennejjasaret il-ġebla tax-xewka, ġebla ta’ tiġrif u tfixkil.

  34. Tfixklu għax ma qagħdux għall-kelma ta’ Alla. Għal dan kienu ddestinati.

  35. Imma intom ġens maħtur, saċerdozju rjali, nazzjon qaddis, poplu li Alla kiseb għalih,

  36. biex ixxandru t-tifħir ta’ dak li sejħilkom mid-dlam għad-dawl tiegħu tal-għaġeb.

  37. Il-Kelmatal-Mulej. IrrodduħajrlilAlla.

  38. Jiena hu t-Triq, il-Verità u l-Ħajja, jgħid il-Mulej; ħadd ma jmur għand il-Missier jekk mhux permezz tiegħi. HALLELUJAHHALLELUJAH.

  39. Qari mill-Evanġelju skont • San Ġwann.

  40. F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu:

  41. “Tħallux qalbkom titħawwad! Emmnu f’Alla, u emmnu fija wkoll.

  42. Fid-dar ta’ Missieri hemm ħafna postijiet. Li ma kienx hekk, kont ngħidilkom:

  43. "Sejjer inħejjilkom fejn toqogħdu?" U meta mmur u nħejjilkom post, nerġa’ niġi biex neħodkom miegħi

  44. biex, fejn inkun jien, tkunu intom ukoll. U t-triq għall-post fejn sejjer tafuha.”

  45. Tumas qallu: “Mulej, aħna ma nafux fejn inti sejjer. • Kif nistgħu nafu t-triq?”

  46. Wieġbu Ġesù: “Jiena hu t-triq, il-verità u l-ħajja.

  47. Ħadd ma jmur għand • il-Missier jekk mhux permezz tiegħi.

  48. Kieku għaraftu lili, kontu tagħrfu wkoll lil Missieri:

  49. minn issa ’l quddiem tagħrfuh, anzi digà rajtuh.”

More Related