1 / 26

Qari mill- Ktieb tal- Profeta Żakkarija Zak 8 , 1- 8

Qari mill- Ktieb tal- Profeta Żakkarija Zak 8 , 1- 8. Jiena nsalva l-poplu tiegħi mil-Lvant u mill-Punent. Ġiet il-kelma tal-Mulej tal-eżerċti u qalli: “Hekk jgħid il-Mulej tal-eżerċti: Jien għajjur fuq li għajjur għal Sijon, għajjur għaliha b’korla liema bħalha.

Télécharger la présentation

Qari mill- Ktieb tal- Profeta Żakkarija Zak 8 , 1- 8

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Qari mill-Ktieb tal-ProfetaŻakkarija Zak 8,1-8 Jiena nsalva l-poplu tiegħi mil-Lvant u mill-Punent.

  2. Ġiet il-kelma tal-Mulej tal-eżerċti u qalli: “Hekk jgħid il-Mulej tal-eżerċti: Jien għajjur fuq li għajjur għal Sijon, għajjur għaliha b’korla liema bħalha.

  3. Dan jgħid il-Mulej: Mill-ġdid indur lejn Sijon, u niġi ngħammar f’nofs Ġerusalemm. Imbagħad lil Ġerusalemm jibdew ixandruha bħala <il-Belt il-fidila>, u l-muntanja

  4. tal-Mulej tal-eżerċti bħala <il-Muntanja l-qaddisa>. Dan jgħid il-Mulej: Il-pjazez ta’ Ġerusalemm għad jerġgħu joqogħdu fihom ix-xjuħ, irġiel u nisa, kulħadd bil-bastun

  5. f’iduminħabba t-tul ta’għomru. U l-pjazez tal-belt jimtlew bi tfal subien u bniet, jilagħbu fil-wesgħat tagħha. Hekk jgħid il-Mulej tal-eżerċti: Jekk illum

  6. din hija ħaġa tal-għaġeb f’għajnejn fdal dan il-poplu, se tkun tal-għaġeb f’għajnejja wkoll? Oraklu tal-Mulej tal-eżerċti.Dan jgħid il-Mulej tal-eżerċti: Ara,

  7. jiena nsalva l-poplu tiegħi mil-Lvant u mill-Punent, u nġibhomlurabiexjgħammru f’nofs Ġerusalemm; u humajkunu l-poplu tiegħi, u jiena nkun Alla tagħhom, fidil u ġust.”

  8. Il-Kelmatal-Mulej. R:/ IrrodduħajrlilAlla

  9. Salm Responsorjali R:/ Il-Mulej bena lil Sijon, u deher fis-sebħ tiegħu

  10. Ħa jkollhom il-ġnus il-biża’ ta’ ismek Mulej, u s-slaten kollha tal-art il-biża’ tas-sebħ tiegħek,meta l-Mulej jerġa’ jibni lil Sijon,

  11. u jidher fis-sebħ tiegħu. U jisma’ t-talb tal-mitluqin, ma’ jistmellx it-talb tagħhom.

  12. R:/ Il-Mulejbena lilSijon, u deher fis-sebħtiegħu

  13. Jinkiteb dan għan-nisel li għad jiġi, u poplu ġdid għad ifaħħar lill-Mulej. Il-Mulej iħares ’l isfel mill-għoli tas-santwarju tiegħu,

  14. u jittawwal mis-sema lejn l-art, biex jisma’ l-krib tal-ilsiera, biex jeħles ’il dawk li huma għall-mewt.

  15. R:/ Il-Mulejbena lilSijon, u deher fis-sebħtiegħu

  16. Ulied il-qaddejja tiegħek ikollhom darhom; nisilhom jibqa’ għal dejjem quddiemek. U hekk jixxandar f’Sijon isem il-Mulej,

  17. u f’Ġerusalemm it-tifħir tiegħu, meta l-popli flimkien jinġemgħu, u saltniet biex jaqdu l-Mulej.

  18. R:/ Il-Mulejbena lilSijon, u deher fis-sebħtiegħu

  19. Hallelujah, Hallelujah Hallelujah Bin il-bniedem ma ġiex biex ikun moqdi, imma biex jaqdi u biex jagħti ħajtu b’fidwa għall-kotra. Hallelujah, Hallelujah

  20. Qari • Mill-Evanġelju skont San Luqa • Lq9, 46-50 • R:/ GlorjalilekMulej Min hu l-iżgħar fostkom ilkoll, dak hu l-kbir.

  21. F’dakiż-żmien, qamet kwistjoni bejn id-dixxipli dwar min kien l-akbar fosthom. Ġesù għaraf x’kellhom f’moħħhom, u ressaq tifel żgħir lejh, qiegħdu

  22. maġenbu, u qalilhom: “Min jilqa’ lil dan it-tifel żgħir minħabba f’ismi, ikun jilqa’ lili; u min jilqa’ lili, ikun jilqa’ lil dak li bagħatni. Għax min hu l-iżgħar fostkom

  23. ilkoll, dak hu l-kbir.” Qabeż Ġwanni u qallu: “Mgħallem, rajna wieħed ikeċċi x-xjaten f’ismek, u ridna nżommuh, għax hu mhuwiex wie]edminn tagħna.”

  24. Imma Ġesù qallu: “La żżommuhx, għax min mhuwiex kontra tagħkom, huwa magħkom.”

  25. Il-Kelma tal-Mulej R:/ It-tifħirlilekKristu

  26. ĦSIEB

More Related