1 / 28

Qari mi ll - Ewwel Ittra ta’ San Pawl Appostlu lil Timotju

Qari mi ll - Ewwel Ittra ta’ San Pawl Appostlu lil Timotju. 1 Tim 6 , 2ċ-12. Int, bniedem ta’ Alla, fittex li jkollok il-ġustizzja.

kosey
Télécharger la présentation

Qari mi ll - Ewwel Ittra ta’ San Pawl Appostlu lil Timotju

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Qari mill-EwwelIttra ta’ San Pawl AppostlulilTimotju 1Tim 6, 2ċ-12 Int, bniedem ta’ Alla, fittex li jkollok il-ġustizzja.

  2. Għażiż, dan għallem u wissi. Min jgħallem ħaġa oħra, min ma joqgħodx għall-kliem utieq ta’ Sidna Ġesù Kristu u għat-tagħlim skont it-tieba, dan ikun supperv u ma jkun

  3. jaf xejn, marid bil-marda tal-tilwim u kliem li ma jġibx ħlief għejra u ġlied, tkasbir u suspetti ħżiena; u tilwim bejn nies ta’ moħħhom maqlub u nieqsa mill-verità; u

  4. mingħalihom it-tieba qiegħda għal qligħ il-flus. It-tieba fiha qligħ kbir, tassew, għal min hu kuntent b’dak li għandu; għax aħna xejn ma ġibna fid-dinja, u xejn ma

  5. nistgħu nieħdu magħna; sakemm għandna x’nieklu u x’nilbsu, dan għandu jkun biżżejjed għalina. Imma dawk li jridu jistagħnu jaqgħu fit-tiġrib u fix-xibka u f’hafna

  6. xewqat bla sens u ta’ ħsara li jitfgħu lill-bnedmin fil-qerda u t-telfien. Għax ir-regħba għall-flus hi l-għerq ta’ kull ħażen; kien ħtija ta’ din ir-regħba li xi wħud ħarġu barra mit-triq

  7. tal-fidi u nfnew b’niket kbir. Imma int, bniedem ta’ Alla, aħrab dan kollu; fittex li jkollok il-ġustizzja, it-tieba, il-fidi, l-imħabba, is-sabar,

  8. il-ħlewwa. Tqabad it-taqbida t-tajba tal-fidi; qis li tirbaħ il-ħajja ta’ dejjem li għaliha kont imsejjaħ u li tagħha għamilt l-istqarrija sabiħa quddiem ħafna xhieda.

  9. Il-Kelmatal-Mulej. R:/ IrrodduħajrlilAlla

  10. Salm Responsorjali R:/ Henjin il-foqra fl-ispirtu, għax tagħhom hija s-Saltna tas-Smewwiet

  11. Għax għandi nibża’ mill-jiem ħżiena, meta jdur għalija l-ħażen ta’ dawk li jonsbuni?

  12. F’ġidhom it-tama tagħhom; jiftaħru bil-kotra tal-għana tagħhom.

  13. R:/ Henjinil-foqra fl-ispirtu, għaxtagħhomhijas-Saltnatas-Smewwiet

  14. Ħadd ma jista’ jifdi lilu nnifsu, jew jagħti lil Alla l-prezz tal-fidwa tiegħu. Għoli wisq il-prezz ta’ ħajtu,

  15. qatt ma jkun biżżejjed, biex wieħed jgħix għal dejjem u ma jara qatt il-qabar.

  16. R:/ Henjinil-foqra fl-ispirtu, għaxtagħhomhijas-Saltnatas-Smewwiet

  17. Tibżax meta xi ħadd jistagħna, meta joktor il-ġieħ ta’ daru. Għax xejn ma jieħu f’mewtu, ġieħu ma jinżilx warajh.

  18. R:/ Henjinil-foqra fl-ispirtu, għaxtagħhomhijas-Saltnatas-Smewwiet

  19. Imqar jekk f’ħajtu jħoss ruħu hieni, u jgħid li jfaħħruh għax jgħaddiha tajjeb;

  20. imur ukoll mal-ġemgħa ta’ missirijietu, li qatt aktar ma jaraw id-dawl.

  21. R:/ Henjinil-foqra fl-ispirtu, għaxtagħhomhijas-Saltnatas-Smewwiet

  22. Hallelujah, Hallelujah Infaħħrek, Missier, Sid is-sema u l-art, għax inti dawn il-ħwejjeġ tas-saltna wrejthom liċ-ċkejknin. Hallelujah, Hallelujah

  23. Qari • Mill-Evanġelju • ta’ San Luqa • Lq8, 1-3 • R:/ GlorjalilekMulej Kellu miegħu t-Tnax u xi nisa li kienu jaqduhom minn ġidhom.

  24. F’dak iż-żmien, Ġesù qagħad idur l-ibliet u r-rħula, jipprietka u jxandar l-Evanġelju tas-Saltna ta’ Alla. Kellu miegħu t-Tnax u xi nisa li kien fejjaqhom

  25. mill-ispirti ħżiena u mill-mard: Marija, li kienu jgħidulha ta’ Magdala, li minnha kienu ħarġu seba’ xjaten, Ġwanna, mart Ħuża, prokuratur ta’ Erodi,

  26. Susanna, u ħafna oħrajn, li kienu jaqduhom minn ġidhom.

  27. Il-Kelma tal-Mulej R:/ It-tifħirlilekKristu

  28. ĦSIEB

More Related