1 / 28

Qari mi ll - Ewwel Ittra ta’ San Pawl Appostlu lil Timotju

Qari mi ll - Ewwel Ittra ta’ San Pawl Appostlu lil Timotju. Għasses fuqek innifsek u fuq it-tagħlim tiegħek; għax, jekk tagħmel hekk, issalva lilek innifsek u lil dawk li jisimgħuk. 1 Tim 4, 12-16.

rossa
Télécharger la présentation

Qari mi ll - Ewwel Ittra ta’ San Pawl Appostlu lil Timotju

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Qari mill-EwwelIttra ta’ San Pawl AppostlulilTimotju Għasses fuqek innifsek u fuq it-tagħlim tiegħek; għax, jekk tagħmel hekk, issalva lilek innifsek u lil dawk li jisimgħuk. 1Tim 4, 12-16

  2. Għażiż, qis li ħadd ma jmaqdrek għax inti żagħżugħ; kun ta’ eżempju għal dawk li jemmnu, fi kliemek u fl-imġiba tiegħek, fl-imħabba, fil-fidi, fis-safa.

  3. Sa ma niġi, ħu ħsieb il-qari tal-Kotba Mqaddsa, it-twissijiet u t-tagħlim. Tinsiex il-grazzja li għandek fik, li kienet mogħtija lilek bis-saħħa tal-kliem tal-profezija u

  4. bit-tqegħid tal-idejn tal-presbiteri fuqek. Dawn il-ħwejjeġ ħu ħsiebhom, agħti ruħek għalihom, biex kulħadd jara li int miexi ’l quddiem. Għasses fuqek

  5. innifsek u fuq it-tagħlim tiegħek; żomm sħiħ f’dawn il-ħwejjeġ, għax, jekk tagħmel hekk, issalva lilek innifsek u lil dawk li jisimgħuk.

  6. Il-Kelmatal-Mulej. R:/ IrrodduħajrlilAlla

  7. Salm Responsorjali R:/ Kbar huma l-għemejjel tal-Mulej

  8. Is-sewwa u l-ħaqq għemil idejh; ta’ min joqgħod fuqhom il-preċetti tiegħu, imwettqa għal dejjem ta’ dejjem, magħmula bis-sewwa u bid-dritt.

  9. R:/ Kbarhuma l-għemejjeltal-Mulej

  10. Bagħat jifdi lill-poplu tiegħu, waqqaf għal dejjem il-patt tiegħu. Qaddis u tal-biża’ hu ismu!

  11. R:/ Kbarhuma l-għemejjeltal-Mulej

  12. Il-bidu tal-għerf hu l-biża’ tal-Mulej: tassew bil-għaqal kull min jimxi bih, għal dejjem jibqa’ t-tifħir tiegħu!

  13. R:/ Kbarhuma l-għemejjeltal-Mulej

  14. Hallelujah, Hallelujah Ejjew għandi, intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin, u jiena nserraħkom, jgħid il-Mulej. Hallelujah, Hallelujah

  15. Qari • Mill-Evanġelju • ta’ San Luqa • Lq7, 36-50 • R:/ Glorjalilek • Mulej Dnubietha, li kienu ħafna, inħafrulha, għax ħabbet ħafna.

  16. F’dak iż-żmien, wieħed mill-Fariżej stieden lil Ġesù biex jiekol miegħu; Ġesù daħal għand il-Fariżew u qagħad għall-ikel. Issa fil-belt kien hemm midinba magħrufa.

  17. Din saret taf li kien qiegħed għall-ikel fid-dar tal-Fariżew; ġiebet vażett tal-alabastru biż-żejt ifuħ; u marret qagħdet warajh ħdejn riġlejh, tibki u xxarrablu riġlejh bi

  18. dmugħha u tixxuttahomlu b’xuxitha; imbagħad bisitlu riġlejh u dilkithomlu biż-żejt ifuħ. Kif ra hekk il-Fariżew li stiednu qal bejnu u bejn ruħu:

  19. “Dan, li kien profeta, kien ikun jaf min hi u x’mara hi din li qiegħda tmissu; kien ikun jaf, għax hi midinba!” Imma Ġesù qabad u qallu: “Xmun, għandi ħaġa xi

  20. ngħidlek.” “Għid magħallem,” qallu dak. “Tnejn min-nies kellhom id-dejn ma’ wieħed li jislef il-flus; wieħed kellu jagħtih ħames mitt dinar u

  21. l-ieħor ħamsin. Minn fejn iħallsu dejnhom ma kellhomx, u hu ħafrilhom it-tnejn. Min minnhom se jħobbu l-iżjed?” Wieġeb Xmun u qal: “Jidhirli jien li dak li

  22. ħafirlu l-iżjed” “Ħsibtha tajjeb,” qallu Ġesù. Imbagħad dar lejn il-mara u qal lil Xmun: “Qiegħed taraha lil din il-mara? Dħalt għandek, u

  23. ilma għal riġlejja ma tajtnix, iżda hi riġlejja xarrbithomli bi dmugħha u xxuttathomli b’xuxitha. Bewsa ma tajtnix, iżda hi minn xħin daħlet ma waqfitx tbusli riġlejja.

  24. Rasi ma dlikthilix biż-żejt, imma hi dilkitli riġlejja b’żejt ifuħ. Għalhekk ngħidlek li dnubietha, li kienu ħafna, inħafrulha, għax ħabbet ħafna; imma min jinħafirlu ftit, ftit

  25. iħobb.” Imbagħad qal lilha: “Dnubietek maħfura.” Dawk li kienu fuq il-mejda miegħu bdew jgħidu fihom infushom:

  26. “Dan min hu biex jaħfer id-dnubiet ukoll?” Iżda hu qal lill-mara: “Il-fidi tiegħek salvatek; mur bis-sliem!”

  27. Il-Kelma tal-Mulej R:/ It-tifħirlilekKristu

  28. ĦSIEB

More Related