1 / 28

Qari mit-Tieni Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Korintin 2 Kor 3 , 15-4, 1 .3 - 6

Qari mit-Tieni Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Korintin 2 Kor 3 , 15-4, 1 .3 - 6. Alla idda fi qlubna biex jagħtina d-dawl tal-għarfien tal-glorja ta’ Alla . Ħuti, sal-lum stess, kull meta wlied Iżrael jaqraw il-Liġi ta’ Mosè hemm velu fuq qalbhom; dan

thor
Télécharger la présentation

Qari mit-Tieni Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Korintin 2 Kor 3 , 15-4, 1 .3 - 6

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Qarimit-TieniIttra ta’ San Pawl Appostlu lill-Korintin 2 Kor3, 15-4,1.3-6 Alla idda fi qlubna biex jagħtina d-dawl tal-għarfien tal-glorja ta’ Alla.

  2. Ħuti, sal-lum stess, kull meta wlied Iżrael jaqraw il-Liġi ta’ Mosè hemm velu fuq qalbhom; dan il-velu jitneħħa meta jerġgħu lura lejn il-Mulej. Għax il-Mulej huwa

  3. l-Ispirtu,u fejn hemm l-Ispirtu tal-Mulej hemm il-ħelsien. Aħna lkoll, li b’wiċċna mikxuf nirriflettu bħal f’mera l-glorja tal-Mulej, qegħdin ninbidlu fl-istess xbieha

  4. minn glorja għal glorja skont ma jagħtina l-Mulej, li hu Spirtu. Ladarba għall-ħniena ta’ Alla aħna għandna dan il-ministeru, ma naqtgħux qalbna.

  5. Jekk imbagħad l-Evanġelju tagħna jibqa’ mistur għal dawk li jintilfu; dawk li l-alla ta’ din id-dinja dallmilhom il-moħħ tagħhom nieqes mill-fidi, biex ma jarawx

  6. jiddi d-dawl tal-Evanġelju glorjuż ta’Kristu, li hu xbieha ta’ Alla. Għax aħna ’l Ġesù l-Mulej qegħdin inxandru, u mhux lilna nfusna; aħna m’aħniex ħlief qaddejja

  7. tagħkom minħabba • f’ Ġesù Kristu. Dan Alla li qal: • “Ħa jiddi d-dawl • mid-dlam”, • dak hu li idda fi qlubna

  8. biex jagħtina d-dawl • tal-għarfien tal-glorja ta’ Alla, li tiddi f’wiċċ Kristu.

  9. Il-Kelmatal-Mulej. R:/ IrrodduħajrlilAlla

  10. Salm Responsorjali R:/ Jgħammar is-sebħ ta’ Alla f’artna

  11. Ħa nisma’ xi jgħid Alla; il-Mulej is-sliem ixandar. Qrib hi tassew is-salvazzjoni tiegħu

  12. għal dawk li jibżgħu minnu, biex jgħammar is-sebħ f’artna.

  13. R:/ Jgħammar is-sebħ ta’ Alla f’artna

  14. It-tieba u l-fedeltà jiltaqgħu, il-ġustizzja u s-sliem jitbewsu. Il-fedeltà mill-art tinbet, u l-ġustizzja mis-sema tixref.

  15. R:/ Jgħammar is-sebħ ta’ Alla f’artna

  16. Il-Mulej ukoll jagħti l-ġid tiegħu, u artna tagħti l-frott tagħha. Il-ġustizzja quddiemu timxi, u s-sliem fuq il-passi tiegħu.

  17. R:/ Jgħammar is-sebħ ta’ Alla f’artna

  18. Hallelujah, Hallelujah Hallelujah Nagħtikom kmandament ġdid, jgħid il-Mulej;bħalma ħabbejtkom jien, hekk ukoll ħobbu intom lil xulxin. Hallelujah, Hallelujah

  19. Qari mill-Evanġelju skontSan Mattew Mt 5, 20-26 R:/ GlorjalilekMulej Il-kundanna tistħoqq ukoll lil min jinkorla għal ħuh.

  20. F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Ngħidilkom li, jekk il-ħajja tajba tagħkom ma tkunx ħafna aħjar minn dik tal-kittieba u l-Fariżej, ma tidħlux

  21. fis-Saltna tas-Smewwiet. Smajtu xi ntqal lin-nies ta’ dari: <La toqtolx.> Mela jekk xi ħadd joqtol ikun ħaqqu l-kundanna. Imma jien ngħidilkom li l-kundanna tistħoqq ukoll

  22. lil min jinkorla għal ħuh. Jekk imbagħad xi ħadd lil ħuh jgħidlu: <Ġifa>, ikun ħaqqu l-kundanna tas-Sinedriju; u jekk jgħidlu: <Iblah>, ikun ħaqqu n-nar tal-infern.

  23. Mela jekk tkun qiegħed ittalla’ l-offerta tiegħek fuq l-artal u hemm tiftakar li ħuk għandu xi ħaġa kontra tiegħek, ħalli l-offerta tiegħek hemmhekk quddiem

  24. l-artal u mur l-ewwel irranġa ma’ ħuk, u mbagħad ejja talla’ l-offerta tiegħek. Lil min ikun se jtellgħek il-qorti ħudu bil-kelma t-tajba mill-aktar fis waqt

  25. li tkun għadek miegħu fit-triq, li ma jmurx jagħtik f’idejn l-imħallef, u l-imħallef f’idejn l-għassies, u hekk issib ruħek fil-ħabs. Tassew ngħidlek, minn hemm

  26. ġew ma toħorġx qabel ma tkun ħallast l-aħħar tliet ħabbiet!”

  27. Il-Kelma tal-Mulej R:/ It-tifħirlilekKristu

  28. ĦSIEB

More Related