1 / 28

Qari mit-Tieni Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Korintin 2 Kor 1 ,1-7

Qari mit-Tieni Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Korintin 2 Kor 1 ,1-7. Alla jfarraġna biex aħna nkunu nistgħu nfarrġu lil dawk kollha li jinsabu f’kull xorta ta’ hemm. Pawlu, appostlu ta’ Ġesù Kristu bir-rieda ta’ Alla, u Timotju, ħija, lill-Knisja

eunice
Télécharger la présentation

Qari mit-Tieni Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Korintin 2 Kor 1 ,1-7

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Qarimit-TieniIttra ta’ San Pawl Appostlu lill-Korintin 2 Kor1,1-7 Alla jfarraġna biex aħna nkunu nistgħu nfarrġu lil dawk kollha li jinsabu f’kull xorta ta’ hemm.

  2. Pawlu, appostlu ta’ Ġesù Kristu bir-rieda ta’ Alla, u Timotju, ħija, lill-Knisja ta’ Alla li qiegħda f’Korintu, flimkien mal-qaddisin kollha li qegħdin fl-Akaja: grazzja lilkom u sliem

  3. mingħand Alla l-Missier tagħna u l-Mulej Ġesù Kristu. Imbierek Alla u Missier Sidna Ġesù Kristu, Missier il-ħniena u Alla ta’ kull faraġ. Hu jfarraġna

  4. fil-hemm kollu tagħna, biex aħna, permezz tal-faraġ li bih Alla jfarraġ lilna, inkunu nistgħu nfarrġu lil dawk kollha li jinsabu f’kull xorta ta’ hemm. Bħalma joktru fina

  5. s-sofferenzi ta’ Kristu, hekk ukoll permezz ta’ Kristu, joktor fina l-faraġ. In-niket tagħna jservi għall-faraġ u s-salvazzjoni tagħkom; u jekk nitfarrġu, dan iservi għall-faraġ

  6. tagħkom, li jaħdem fikom biex ikollkom il-qawwa tissaportu s-sofferenzi li nissaportu aħna wkoll. B’hekk, it-tama tagħna fikom hi dejjem qawwija, għax aħna nafu li, kif

  7. intom taqsmu magħna s-sofferenzi tagħna, hekk ukoll taqsmu l-faraġ tagħna.

  8. Il-Kelmatal-Mulej. R:/ IrrodduħajrlilAlla

  9. Salm Responsorjali R:/ Ippruvaw u taraw kemm hu tajjeb il-Mulej

  10. Kull ħin inbierek il-Mulej; tifħiru dejjem fuq fommi. Bil-Mulej tiftaħar ruħi; jisimgħu l-fqajrin u jifirħu.

  11. R:/ Ippruvaw u taraw kemm hu tajjebil-Mulej

  12. Xandru l-kobor tal-Mulej miegħi; ħa ngħollu ismu flimkien. Jien fittixt il-Mulej, u weġibni, minn kull biża’ tiegħi ħelisni.

  13. R:/ Ippruvaw u taraw kemm hu tajjeb il-Mulej

  14. Ħarsu lejh u jiddi bil-ferħ wiċċkom, u ma jkollkomx għax tistħu.

  15. Dan il-fqajjar sejjaħ u l-Mulej semgħu, u mid-dwejjaq tiegħu kollha ħelsu.

  16. R:/ Ippruvaw u taraw kemm hu tajjeb il-Mulej

  17. L-anġlu tal-Mulej jgħasses madwar dawk li jibżgħu minnu, u jeħlishom. Ippruvaw u taraw kemm hu tajjeb il-Mulej; hieni l-bniedem li jistkenn fih.

  18. R:/ Ippruvaw u taraw kemm hu tajjeb il-Mulej

  19. Hallelujah, Hallelujah Hallelujah Ifirħu u thennew, għax ħlaskom kbir fis-smewwiet. Hallelujah, Hallelujah

  20. Qari mill-Evanġelju skontSan Mattew Mt 5, 1-12 R:/ GlorjalilekMulej Henjin il-foqra fl-ispirtu.

  21. F’dak iż-żmien, kif ra l-folol, Ġesù tala’ fuq il-muntanja, qagħad bilqiegħda, u resqu lejh id-dixxipli tiegħu. Fetaħ fommu u qabad jgħallimhom u jgħid:

  22. “Henjin il-foqra fl-ispirtu, għax tagħhom hija s-Saltna tas-Smewwiet. Henjin l-imnikkta, għax huma jkunu mfarrġa. Henjin ta’ qalbhom ħelwa, għax huma jkollhom

  23. b’wirthom l-art. Henjin dawk li huma bil-ġuħ u l-għatx tal-ġustizzja, għax huma jkunu mxebbgħin. Henjin dawk li jħennu, għax huma jsibu ħniena.

  24. Henjin dawk li huma safja f’qalbhom, għax huma jaraw ’l Alla. Henjin dawk li jġibu l-paċi, għax huma jissejħu wlied Alla. Henjin dawk li huma

  25. ppersegwitati minħabba s-sewwa, għax tagħhom hija s-Saltna tas-Smewwiet. Henjin intom, meta jgħajrukom u jippersegwitawkom u jaqilgħukullxortata’ ħażen

  26. u gideb kontra tagħkom minħabba fija. Ifirħu u thennew, għax ħlaskom kbir fis-smewwiet. Hekk kienu jippersegwitawhom lill- profeti li kienu qabilkom.”

  27. Il-Kelma tal-Mulej R:/ It-tifħirlilekKristu

  28. ĦSIEB

More Related