1 / 31

NIB N U FUQ IL-BLAT 9 Ħadd Matul is-Sena A

NIB N U FUQ IL-BLAT 9 Ħadd Matul is-Sena A. ofm.org.mt. L-1 Qari Qari mill-Ktieb tad-Dewteronomju Dewt 11, 18. 26-28. Mose’ kellem lill-poplu u qal: “Intom tqiegħdu dawn il-kelmiet f’qalbkom u f’ruħkom, u torbtuhom bħala sinjal ma’ idkom, u jkunu bħal filatterji bejn għajnejkom.

feo
Télécharger la présentation

NIB N U FUQ IL-BLAT 9 Ħadd Matul is-Sena A

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. NIBNU FUQ IL-BLAT9 Ħadd Matul is-Sena A ofm.org.mt

  2. L-1 QariQari mill-Ktieb tad-Dewteronomju Dewt 11, 18. 26-28

  3. Mose’ kellem lill-poplu u qal: “Intom tqiegħdu dawn il-kelmiet f’qalbkom u f’ruħkom, u torbtuhom bħala sinjal ma’ idkom, u jkunu bħal filatterji bejn għajnejkom.

  4. Araw, jiena llum qed inqiegħed quddiemkom barka u saħta: il-barka, jekk tħarsu l-kmandamenti tal-Mulej, Alla tagħkom, li jien illum qiegħed nordnalkom;

  5. u s-saħta, jekk ma tħarsux il-kmandamenti tal-Mulej, Alla tagħkom, imma twarrbu mit-triq li jiena llum qiegħed nordnalkom, biex timxu wara allat oħra li ma kontux tafu bihom.’’

  6. Il-Kelma tal-MulejInroddu ħajr lil Alla

  7. Mulej, kun blata tal-kenn għalija. SALM RESPONSORJALISalm 30

  8. Fik, Mulej, jien nistkenn;tħallini qatt ninfixel!Fil-ġustizzja tiegħek, eħlisni.Ressaq widintek lejja,fittex eħlisni!

  9. R/. Mulej, kun blata tal-kenn għalija.

  10. Kun blata tal-kenn għalijafortizza qawwija li ssalvani.Tassew blata tiegħi u fortizza tiegħi int;f’ġieh ismek, mexxini u wassalni.

  11. R/. Mulej, kun blata tal-kenn għalija.

  12. Uri d-dawl ta’ wiċċek lill-qaddej tiegħek;fit-tjieba tiegħek eħlisni.Issaħħu u qawwu qalbkom,intom ilkoll li tittamaw fil-Mulej.

  13. R/. Mulej, kun blata tal-kenn għalija.

  14. IT-TIENI QARIQari mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlu lir-Rumani Rum 3, 21-25a.28

  15. Ħuti: Issa l-ġustizzja ta’ Alla ntweriet, u ntweriet mingħajr il-liġi, għad li l-liġi u l-profeti jixhdu għaliha:

  16. ġustizzja ta’ Alla mogħtija permezz tal-fidi f’Ġesu’ Kristu lil dawk kollha li jemmnu.U ma hemmx għażla.

  17. Ladarba l-bnedmin kollha dinbu u ċċaħħdu mill-glorja ta’ Alla, huma jsiru ġusti bil-grazzja tiegħu, li hu jagħtihielhom minn rajh,

  18. permezz tal-fidwa li hemm fi Kristu Ġesu, li Alla qiegħdu bħala mezz ta’ maħfra bid-demm tiegħu, maħfra li tinqala’ bis-saħħa tal-fidi.

  19. Għax aħna għandna fehma sħiħa li hu permezz tal-fidi li l-bniedem isir ġust, mingħajr l-opri tal-liġi.

  20. Il-Kelma tal-MulejInroddu ħajr lil Alla

  21. Hallelujah. Hallelujah.Fehimni, Mulej, biex inżomm il-liġi tiegħeku nħarisha b’qalbi kollha.Hallelujah.

  22. L-EVANĠELJUQari mill-Evanġelju ta’ San MattewMt 7, 21-27

  23. F’dak iż-żmien: Ġesu’ qal lid-dixxipli tiegħu; “Mhux kull min igħidli, “Mulej, Mulej’’, jidħol fis-Saltna tas-Smewwiet, imma kull min jagħmel ir-rieda ta’ Missieri li hu fis-smewwiet.

  24. F’dak li-jum ikun hemm ħafna li jgħiduli, “Mulej, Mulej, mhux f’ismek ħabbarna aħna? U mhux f’ismek keċċejna x-xjaten u f’ismek għamilna ħafna mirakli?’’

  25. Imbagħad jien ngħidilhom, “Lilkom qatt ma kont nafkom; warrbu minn quddiemi, intom li tagħmlu l-ħażen.’’

  26. Għalhekk, kull min jisma’ dan kliemi u jagħmel li qed ngħid, isir jixbah lil bniedem għaqli li bena daru fuq il-blat.

  27. Niżlet ix-xita, ġew l-widien, qamu l-irwiefen u ħabtu fuq dik id-dar, iżda ma ġarrfuhiex, għax kellha s-sisien tagħha fuq il-blat.

  28. Imma min jisma’ dan kliemi u ma jagħmilx li qed ngħid, isir jixbah lil bniedem iblah li bena daru fuq ir-ramel.

  29. Niżlet ix-xita, ġew il-widien, qamu l-irwiefen u ħabtu fuq dik id-dar, u ġarrfuha. U kbira kienet il-qerda tagħha.’’

  30. Il-Kelma tal-MulejIt-Tifħir Lilek Kristu.

  31. NIBNU FUQ IL-BLAT9 Ħadd Matul is-Sena A ofm.org.mt

More Related