1 / 170

IS-SENA TAL-FIDI

IS-SENA TAL-FIDI mill-11 ta’ Ottubru 2012 (50 anniversarju mill-bidu tal-Konċilju Vatikan II) sal-24 ta’ Novembru 2013 (Solennità ta’ Kristu Sultan)

myra
Télécharger la présentation

IS-SENA TAL-FIDI

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. IS-SENA TAL-FIDI mill-11 ta’ Ottubru 2012 (50 anniversarju mill-bidu tal-Konċilju Vatikan II) sal-24 ta’ Novembru 2013 (Solennità ta’ Kristu Sultan) Tul din is-sena, ser nirriflettu dwar l-Ittra Appostolika tal-Papa Benedittu XVI “PORTA FIDEI” – “IL-BIEB TAL-FIDI”

  2. IS-SENA TAL-FIDI RIFLESSJONI MILL-“PORTA FIDEI” (Il-Ħadd 14 ta’ Ottubru 2012 – 28 Ħadd Matul is-Sena) “Il-bieb tal-fidi hu dejjem miftuħ għalina biex iwassalna għall-ħajja ta’ komunjoni ma’ Alla u joffrilna d-daħla tagħna fil-Knisja tiegħu.” (n.1)

  3. “Nafdaw dan iż-żmien ta’ grazzja f’idejn l-Omm ta’ Alla, li ġiet ipproklamata hienja għax emmnet.” (n.15)

  4. IS-SENA TAL-FIDI RIFLESSJONI MILL-“PORTA FIDEI” (Il-Ħadd 21 ta’ Ottubru 2012 – 29 Ħadd Matul is-Sena) “Il-vjaġġ tal-fidi jibda bil-Magħmudija li permezz tagħha nistgħu nsejħu lil Alla Missierna,

  5. u jintemm billi ngħaddu minn din il-ħajja għall-ħajja ta’ dejjem, frott tal-qawmien mill-mewt tal-Mulej Ġesù.” (n.1)

  6. IS-SENA TAL-FIDI RIFLESSJONI MILL-“PORTA FIDEI” (Il-Ħadd 28 ta’ Ottubru 2012 – 30 Ħadd Matul is-Sena) “Hu meħtieġ li niskopru mill-ġdid il-vjaġġ tal-fidi sabiex niddawlu aktar dwar il-ferħ u l-entużjażmu ġdid li nħossu meta niltaqgħu ma’ Krsitu.

  7. Il-Knisja, bħal Kristu, trid tagħmel ħilitha biex tmexxi ‘l-poplu lejn il-ħbiberija mal-Iben t’Alla, lejn Dak li jagħti l-ħajja u jagħtiha b’abbundanza.” (n.2)

  8. IS-SENA TAL-FIDI RIFLESSJONI MILL-“PORTA FIDEI” (Il-Ħadd 4 ta’ Novembru 2012 – 31 Ħadd Matul is-Sena) “Ma nistgħux inħallu l-melħ isir bla togħma jew li d-dawl jinħeba.

  9. Il-bnedmin tallum għadhom jistgħu jħossu l-bżonn li jmorru ħdejn il-bir bħalma għamlet il-mara Samaritana biex jisimgħu lil Ġesù jistedinhom jemmnu fih u jieħdu mill-ilma ħaj li joħroġ minnu.” (n.3)

  10. IS-SENA TAL-FIDI RIFLESSJONI MILL-“PORTA FIDEI” (Il-Ħadd 11 ta’ Novembru 2012 – 32 Ħadd Matul is-Sena) “Jeħtieġ niskopru mill-ġdid it-togħma tal-Kelma t’Alla li l-Knisja twasslilna b’fedeltà u mmantnu ruħna bil-Kelma tal-ħajja, li Ġesù offra lid-dixxipli tiegħu biex isostnihom.

  11. It-twemmin tagħna f’Ġesù Kristu hi t-triq li żgur twassalna għas-salvazzjoni.” (n.3)

  12. IS-SENA TAL-FIDI RIFLESSJONI MILL-“PORTA FIDEI” (Il-Ħadd 18 ta’ Novembru 2012 – 33 Ħadd Matul is-Sena) “It-tiġdid tal-Knisja jseħħ ukoll permezz tax-xhieda li jagħtu b’ħajjithom dawk li jemmnu:

  13. bl-istess eżistenza tagħhom fid-dinja, l-Insara huma msejħa biex jirradjaw il-kelma tal-verità li ħallielna Ġesù.” (n.6)

  14. IS-SENA TAL-FIDI RIFLESSJONI MILL-“PORTA FIDEI” (Il-Ħadd 25 ta’ Novembru 2012 – Solennità ta’ Kristu Sultan) “Mill-qawwa ta’ Kristu Rxoxt il-Knisja ssib il-forza biex bis-sabar u bl-imħabba tirbaħ it-tiġrib u d-diffikultajiet li jiġuha minn barra u minn ġewwa

  15. u biex tirrivela lid-dinja bil-fedeltà, il-misteru tiegħu sakemm fl-aħħar taż-żminijiet huwa juri ruħu fil-milja tad-dawl tiegħu.” (n.6)

  16. IS-SENA TAL-FIDI RIFLESSJONI MILL-“PORTA FIDEI” (Il-Ħadd 2 ta’ Diċembru 2012 – 1 Ħadd tal-Avvent) “Is-Sena tal-Fidi hi sejħa biex mill-ġdid nikkonvertu b’mod awtentiku lejn Kristu, il-Feddej waħdieni tad-dinja.

  17. Fil-misteru tal-mewt u l-qawmien, Alla rrivela l-milja tal-imħabba li tifdina u ssejħilna għal ħajja ta’ konverżjoni permezz tal-maħfra tad-dnubiet.” (n.6)

  18. IS-SENA TAL-FIDI RIFLESSJONI MILL-“PORTA FIDEI” (Il-Ħadd 9 ta’ Diċembru 2012 – 2 Ħadd tal-Avvent) “Permezz tal-fidi, il-ħajja ġdida fi Kristu ssawwar il-ħajja kollha kemm hi tal-bniedem skont ir-realtà radikali tal-qawmien.

  19. Il-fidi li taħdem permezz tal-imħabba issir il-kriterju ġdid tal-fehma u l-għemil li jibdel il-ħajja tal-bniedem kollha kemm hi.”(n.6)

  20. IS-SENA TAL-FIDI RIFLESSJONI MILL-“PORTA FIDEI” (Il-Ħadd 16 ta’ Diċembru 2012 – 3 Ħadd tal-Avvent) “Hi l-imħabba ta’ Kristu li timla lil qlubna u tqanqalna biex nevanġelizzaw.

  21. Illum bħal fl-imgħoddu Kristu jibgħatna fit-toroq tad-dinja biex inxandru l-Evanġelju tiegħu lill-ġnus kollha tal-art.”(n.7)

  22. IS-SENA TAL-FIDI RIFLESSJONI MILL-“PORTA FIDEI” (Il-Ħadd 23 ta’ Diċembru 2012 – 4 Ħadd tal-Avvent) “B’imħabbtu, Ġesù Kristu jiġbed lejh nies ta’ kull ġenerazzjoni:

  23. f’kull żmien hu jsejjaħ lill-Knisja u b’mandat li hu dejjem ġdid jafdalha f’idejha x-xandir tal-Evanġelju.” (n.7)

  24. IS-SENA TAL-FIDI RIFLESSJONI MILL-“PORTA FIDEI” (It-Tlieta 25 ta’ Diċembru 2012 – It-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu) “Il-fidi wasslet lil Marija biex tilqa’ l-kelma tal-Anġlu u temmen li kienet se ssir Omm Alla billi tkun il-qaddejja tal-Mulej.”(n.13)

  25. IS-SENA TAL-FIDI RIFLESSJONI MILL-“PORTA FIDEI” (Il-Ħadd 30 ta’ Diċembru 2012 – Il-Familja Mqaddsa ta’ Ġesù, Marija u Ġużeppi) “Meta marret iżżur lil Eliżabetta, Marija għamlet għanja ta’ tifħir lil Alla l-għoli għall-affarijiet tal-għaġeb li jseħħu f’min jafda fiH.”(n.13)

  26. IS-SENA TAL-FIDI RIFLESSJONI MILL-“PORTA FIDEI” (It-Tlieta 1 ta’ Jannar 2013 – L-Imqaddsa Marija Omm Alla) “B’ferħ u tregħid Marija welldet l-Iben il-waħdieni tagħha u baqgħet verġni.” (n.13)

  27. IS-SENA TAL-FIDI RIFLESSJONI MILL-“PORTA FIDEI” (Il-Ħadd 6 ta’ Jannar 2013 – L-Epifanija tal-Mulej) “Marija fdat f’Ġużeppi l-għarus tagħha u ħadet lil Ġesù l-Eġittu biex tħarsu mill-persekuzzjoni ta’ Erodi.” (n.13)

  28. IS-SENA TAL-FIDI RIFLESSJONI MILL-“PORTA FIDEI” (Il-Ħadd 13 ta’ Jannar 2013 – Il-Festa tal-Magħmudija tal-Mulej) “Anke llum tinħass il-ħtieġa għal impenn mill-Knisja aktar qawwi, għal evanġelizzazzjoni ġdida

  29. sabiex wieħed jiskopri mill-ġdid il-ferħ tal-fidi u l-entużjażmu biex jikkomunikaha lill-oħrajn.” (n.7)

  30. IS-SENA TAL-FIDI RIFLESSJONI MILL-“PORTA FIDEI” (Il-Ħadd 20 ta’ Jannar 2013 – 2 Ħadd Matul is-Sena) “Meta jum wara l-ieħor dawk li jemmnu jiskopru mill-ġdid l-imħabba ta’ Kristu, l-impenn missjunarju tagħhom jikseb qawwa u ħeġġa li qatt ma jidbielu.

  31. Il-fidi tikber meta ngħixuha bħala esperjenza tal-imħabba li rċevejna u meta nikkomunikawha bħala esperjenza ta’ grazzja u ferħ.” (n.7)

  32. IS-SENA TAL-FIDI RIFLESSJONI MILL-“PORTA FIDEI” (Il-Ħadd 27 ta’ Jannar 2013 – 3 Ħadd Matul is-Sena) “Il-fidi twassalna biex nagħtu l-frott, għax twessa’ ‘l qalbna bit-tama u tagħmilna kapaċi nagħtu xhieda li tagħti l-ħajja:

  33. tiftaħ il-qalb u l-moħħ ta’ dawk li jisimgħu u jwieġbu għall-istedina tal-Mulej biex jisimgħu kelmtu u jsiru dixxipli tiegħu.” (n.7)

More Related