1 / 33

Qari mill-ktieb tal-Eżodu Eżodu 2, 1-15a Semmietu Mosè għax salvatu

Qari mill-ktieb tal-Eżodu Eżodu 2, 1-15a Semmietu Mosè għax salvatu mill-ilma.Mosè, meta kiber, mar ħdejn ħutu. F’dak iż-żmien, kien hemm raġel mit-tribu’ ta’ Levi, li ħa b’martu lil waħda min-nisel ta’ Levi. Il-mara tqalet u wildet iben; billi rat li kien tifel sabiħ, żammitu moħbi.

aricin
Télécharger la présentation

Qari mill-ktieb tal-Eżodu Eżodu 2, 1-15a Semmietu Mosè għax salvatu

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Qari mill-ktieb tal-Eżodu Eżodu 2, 1-15a SemmietuMosè għax salvatu mill-ilma.Mosè, meta kiber, mar ħdejn ħutu.

  2. F’dak iż-żmien, kien hemm raġel mit-tribu’ ta’ Levi, li ħa b’martu lil waħda min-nisel ta’ Levi. Il-mara tqalet u wildet iben; billi rat li kien tifel sabiħ, żammitu moħbi

  3. għal tliet xhur.Meta ma setgħetx taħbih aktar, ħadet qoffa tal-papiru, dilkitha bil-qatran u ż-żift, qiegħdet it-tifel fiha, u qegħditha qalb is-simar f’xatt ix-xmara Nil.

  4. Oħtu qagħdet ftit ’il bogħod biex tara x’se jiġrilu. Niżlet bint il-Fargħun biex tgħum fin-Nil, waqt li l-qaddejja tagħha kienu jitlajjaw fuq xatt ix-xmara.

  5. Hi lemħet il-qoffa f’nofs is-simar, u bagħtet qaddejja ġġibielha. Malli fetħitha, rat it-tarbija; u t-tifel kien qiegħed jibki. Tħassritu u qalet; “Dan hu wieħed minn

  6. ulied l-Għebrej.” U oħt it-tarbija qalet lil bint il-Fargħun: “Tridx immur insejjaħlek waħda mill-imreddgħa tal-Għebrej biex treddagħlek it-tarbija?”

  7. U bint il-Fargħun wieġbet: “Mur!” U x-xbejba marret u sejħet lil omm it-tarbija. U qaltiha bint il-Fargħun: “Ħu ’l din it-tarbija u reddagħhieli, u jien

  8. nħallsek kemm ikun ħaqqek” U l-mara ħadet it-tarbija u reddgħetha.

  9. Meta t-tifel kiber, ħaditu għand bint il-Fargħun, li kienet tqisu tagħha, u semmietu Mosè, għax qalet; “Salvajtu mill-ilma!”

  10. Darba waħda Mosè meta kiber, mar ħdejn ħutu u ra x-xogħol iebes tagħhom, u lemaħ lil wieħed Eġizzjan isawwat lil wieħed mill-Għebrej ħutu. Dar u ħares madwaru, ra li ma

  11. kien hemm ħadd, qatel l-Eġizzjan, u difnu fir-ramel. L-għada raġa’ ħareġ u ra żewġ irġiel Għebrej jiġġieldu; u qal lill-ħati:

  12. “Għala qiegħed taħbat għal sieħbek?” U dan wieġbu: “Min qiegħdek kap u mħalllef fuqna? Jaqaw trid toqtolni bħalma qtilt l-Eġizzjan?”

  13. Mosè beża’ u qal: “Mela jafu b’din il-ħaġa.” Malli l-Fargħun sama’ b’din, fittex lil Mosè biex joqtlu; imma Mosè ħarab u mar fl-art ta’ Midjan.

  14. Il-Kelma tal-Mulej. R:/ Irroddu ħajr lil Alla

  15. Salm Responsorjali R:/ Agħmlu l-qalb, intom li tfittxu lil Alla

  16. Sibt ruħi mgħaddes f’ħama fond; ma hemmx fejn inserraħ riġlejja. Sibt ruħi f’ilma għoli; il-mewġ qed ikaxkarni.

  17. R:/ Agħmlu l-qalb, intom li tfittxu lil Alla

  18. Imma jien lilek nitlob, Mulej; meta jogħġbok, o Alla, weġibni, fil-kobor ta’tjubitek u skont il-wegħda tas-salvazzjoni tiegħek.

  19. R:/ Agħmlu l-qalb, intom li tfittxu lil Alla

  20. Imma jiena msejken u batut; terfagħni, o Alla, is-salvazzjoni tiegħek!

  21. Infaħħar l-isem ta’ Alla bl-għana, Inkabbru b’għana ta’ radd il-ħajr.

  22. R:/ Agħmlu l-qalb, intom li tfittxu lil Alla

  23. Hekk jaraw l-imsejkna u jifirħu; U tagħmlu l-qalb, intom li tfittxu lil Alla.

  24. G]ax jisma’ l-fqajrin il-Mulej, ma jistmellx l-imjassrin tiegħu.

  25. R:/ Agħmlu l-qalb, intom li tfittxu lil Alla

  26. Hallelujah, Hallelujah Hallelujah Illum la twebbsuxqalbkom Iżdaisimgħuleħen il-Mulej. Hallelujah, Hallelujah

  27. Qari mill-Evanġelju skont San Mattew Mt 11, 20-24 R:/ GlorjalilekMulej Jumil-ħaqq se jkuneħfefgħalTir u Sidon u għall- art ta’ Sodomamilligħalikom.

  28. F’dak iż-żmien, Ġesù qabad iċanfar bis-sħiħ l-ibliet li ma wrewx indiema minkejja l-ħafna mirakli li kien għamel fihom: “Ħażin għalik, Korożajn!

  29. Ħażin għalik, Betsajda! Għax kieku l-mirakli li saru fikom saru f’Tir u Sidon, kieku ilhom li wrew indiema bl-ilbies tal-ixkejjer u l-irmied. Iżda ngħidilkom li jum

  30. il-ħaqq se jkun eħfef għal Tir u Sidon milli għalikom. U int, Kafarnahum, taħseb li se titgħolla sas-sema? Sal-qiegħ nett għad tinxteħet! Għax kieku l-mirakli li saru fik saru

  31. f’Sodoma, kieku għadha wieqfa sal-lum. Imma ngħidilkom li jum il-ħaqq se jkun eħfef għall- art ta’ Sodoma milli għalik!”

  32. Il-Kelma tal-Mulej R:/ It-tifħirlilekKristu

  33. ĦSIEB

More Related