1 / 28

Qari mill- Ktieb tal-Levitiku Lev23,1.4-11.15-16.27.34b-37 R:/ Glorja lilek Mulej

Qari mill- Ktieb tal-Levitiku Lev23,1.4-11.15-16.27.34b-37 R:/ Glorja lilek Mulej. Dawn huma l-festi tal-Mulej li fihom tagħmlu l-laqgħat imqaddsa. U l-Mulej kellem lil Mosè u qallu: “Dawn huma l-festi tal-Mulej, il-laqgħat imqaddsa li għandkom tniedu fi żmienhom.

mariah
Télécharger la présentation

Qari mill- Ktieb tal-Levitiku Lev23,1.4-11.15-16.27.34b-37 R:/ Glorja lilek Mulej

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Qari mill-Ktieb tal-Levitiku Lev23,1.4-11.15-16.27.34b-37 R:/ Glorjalilek Mulej Dawn huma l-festi tal-Mulej li fihom tagħmlu l-laqgħat imqaddsa

  2. U l-Mulej kellem lil Mosè u qallu: “Dawn huma l-festi tal-Mulej, il-laqgħat imqaddsa li għandkom tniedu fi żmienhom. Fl-ewwel xahar, fl-erbatax

  3. tax-xahar, filgħaxija bejn ħajta dawl u oħra dlam, l-Għid tal-Mulej. U fil-ħmistax-il jum tal-istess xahar issir il-festa tal-ħobż ażżum lill-Mulej; għal sebat

  4. ijiem tieklu ħobż bla ħmira. Fl-ewwel jum ikollkom il-laqgħa mqaddsa, u ma tagħmlu ebda xogħol. Għal sebat ijiem toffru sagrifiċċju tal-ħruq lill-Mulej, u “

  5. fis-seba’ jum issir laqgħa mqaddsa u ma tagħmlu ebda xogħol.” U l-Mulej kellem lil Mosè u qallu: “Kellem lil ulied Iżrael u għidilhom: <Meta tidħlu

  6. fl-art li jien se nagħtikom u taħsdu l-ħsad, ġibu l-ewwel qatta tal-ħsad lill-qassis. U hu jxejjirha quddiem il-Mulej, biex togħġbuh; ixejjirha l-għada tas-Sibt.

  7. Għoddu seba’ ġimgħat sħaħ mill-għada tas-Sibt, u minn meta tkunu offrejtu l-qatta u xejjirtuha quddiem il-Mulej. Tgħoddu ħamsin jum sal-għada tas-seba’

  8. Sibt; imbagħad iġġibu offerta ġdida tal-qamħ lill-Mulej. Fl-għaxra ta’ dan is-seba’ xahar ikun Jum l-Espjazzjoni; ikollkom laqgħa mqaddsa, u

  9. tgħakksu ruħkom, u toffru sagrifiċċju tal-ħruq lill-Mulej. Fil-ħmistax ta’ dan is-seba’ xahar, tagħmlu l-festa tal-Għerejjex għal sebat ijiem f’gieħ il-Mulej.

  10. Fl-ewwel jum ikollkom laqgħa mqaddsa; ma tagħmlu ebda xogħol. Għal sebat ijiem toffru s-sagrifiċċju tal-ħruq lill-Mulej; fit-tmien jum ikollkom laqgħa mqaddsa;

  11. dakinhar toffru sagrifiċċju tal-ħruq lill-Mulej; tkun laqgħa solenni, ma tagħmlu ebda xogħol dakinhar. Dawn huma l-festi tal-Mulej li għandkom

  12. tniedu, u fihom tagħmlu l-laqgħat imqaddsa, u toffru lill-Mulej il-vittmi bin-nar; is-sagrifiċċji tal-ħruq, l-offerti tal-qmuħ, sagrifiċċji u tiswib, kull ħaġa fil-jum tagħha.>”

  13. Il-Kelmatal-Mulej. R:/ IrrodduħajrlilAlla

  14. Salm Responsorjali R:/ Għannu bil-ferħ lil Alla, qawwa tagħna

  15. Għollu leħen l-għana, doqqu t-tnabbar, doqqu ċ-ċetra ħelwa mal-arpa. Doqqu t-tromba mal-qamar ġdid, Mal-qamar mimli f’jum il-festa tagħna.

  16. R:/ Għannu bil-ferħ lil Alla, qawwa tagħna

  17. Għax dan hu kmandament għal Iżrael, din liġi ta’Alla ta’ Ġakobb. Dan l-ordni hu tah lil Ġużeppi, huwa u ħiereg minn art l-Eġittu.

  18. R:/ Għannu bil-ferħ lil Alla, qawwa tagħna

  19. Ma jkollokx alla ieħor f’nofskom, tinxteħitx quddiem alla barrani. Jiena l-Mulej, Alla tiegħek, li tellajtek mill-art tal-Egittu.

  20. R:/ Għannu bil-ferħ lil Alla, qawwa tagħna

  21. Hallelujah, Hallelujah Hallelujah Il-kelma tal-Mulej tibqa’ għal dejjem: din hi l-kelma tal-Evanġelju li kien imxandar lilkom. Hallelujah, Hallelujah

  22. Qari mill-Evanġelju skont San Mattew Mt 13, 54-58 R:/ GlorjalilekMulej Dan mhuwiex bin il-mastrudaxxa? Mnejn gieh dan kollu?

  23. F’dak iż-żmien, Ġesùmar lejn pajjiżu. Beda jgħallem lin-nies fis-sinagoga tagħhom, u huma baqgħu mistagħġba hekk li bdew jgħidu:

  24. “Mnejn ġieb dan l-għerf u din il-qawwa tal-għaġeb? Dan mhuwiex bin il-mastrudaxxa? Ommu mhijiex dik li jisimha Marija, u ħutu Ġakbu u Ġużeppi u

  25. Xmun u Ġuda? U ħutu l-bniet mhumiex kollha magħna? Mnejn ġieh dan kollu?” U tfixklu minħabba fih. Imma Ġesù qalilhom: “Ebda profeta ma hu bla

  26. ġieh jekk mhux f’pajjiżu u daru stess.” U hemmhekk ma għamilx ħafna mirakli minħabba n-nuqqas ta’ fidi tagħhom.

  27. Il-Kelma tal-Mulej R:/ It-tifħirlilekKristu

  28. ĦSIEB

More Related