1 / 34

Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. L-Unjoni Ewropea (UE) x'inhi?. 28 Stat Membru 508 miljun abitant Pajjiżi kandidati għas-sħubija mal-UE: l-Islanda, it-Turkija, is-Serbja, Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u l-Montenegro. Liema huma l-prinċipji fundamentali tal-UE?.

zamora
Télécharger la présentation

Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

  2. L-Unjoni Ewropea (UE) x'inhi? • 28 Stat Membru • 508 miljun abitant • Pajjiżi kandidati għas-sħubija mal-UE: l-Islanda, it-Turkija, is-Serbja, Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u l-Montenegro

  3. Liema huma l-prinċipji fundamentali tal-UE? • Valuri komuni: ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt, i-drittijiet tal-bniedem, il-pluraliżmu, in-nondiskriminazzjoni, it-tolleranza, il-ġustizzja, is-solidarjetà (Artikolu 2 tat-TUE) • Għan:li tippromovi l-paċi, il-valuri tal-Unjoni u l-benessri tal-popli tagħha (Artikolu 3 tat-TUE) • 4 libertajiet: il-moviment liberu tal-persuni, tal-merkanzija, tas-servizzi u l-kapital

  4. L-istadji prinċipali tal-kostruzzjoni tal-Ewropa

  5. Is-snin 50 - l-oriġiniIr-rikostruzzjoni ta' wara l-gwerra • 1950: 9 ta' Mejju – Dikjarazzjoni ta' Robert Schuman • 1951:il-ħolqien tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar (KEFA) 6 Stati Membri: il-Belġju, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, il-Lussemburgu, il-Pajjiżi l-Baxxi • 1957: it-Trattati ta' Ruma - il-ħolqien tal-Komunità Ekonomika Ewropea (KEE) u tal-Euratom

  6. Is-snin 60 - il-pedamenti • 1960: jinħoloq il-Fond Soċjali Ewropew • 1962: titnieda l-Politika Agrikola Komuni (PAK) • 1968: jitneħħew il-liġijiet doganali

  7. Is-snin 70 • 1973: l-ewwel tkabbir - dħul tad-Danimarka, ir-Renju Unit u l-Irlanda l-Ewropa tħaddan 9 Stati Membri • 1979: l-ewwel elezzjoni b'vot universali dirett tal-Membri tal-Parlament Ewropew

  8. Is-snin 80 - il-konsolidazzjoni • It-tkabbir bis-sħubija tal-pajjiżi tan-nofsinhar tal-Ewropa: il-Greċja (1981), Spanja u l-Portugall (1986) l-Ewropa tħaddan 12-il Stat Membru • 1986: L-Att Uniku Ewropew • 1990: bl-unifikazzjoni tal-Ġermanja, dik li kienet il-Ġermanja tal-Lvant tidħol fil-KEE

  9. Is-snin 90 • 1993: jidħol fis-seħħ it-Trattat ta' Maastricht • 1995: Tkabbir mill-ġdid - l-Awstrija, il-Finlandja, l-Isvezja l-Ewropa tħaddan 15-il Stat Membru

  10. Is-snin 2000L-euro u t-tkabbir il-kbir • L-1 ta' Jannar 2002:12-il pajjiż jadottaw l-euro • 2004:tkabbir bl-adeżjoni ta' pajjiżi tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant - 10 Stati Membri ġodda jissieħbu mal-UE: Ċipru, l-Estonja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, ir-Repubblika Ċeka, is-Slovakkja u s-Slovenja l-Ewropa tħaddan 25 Stat Membru • 2007:Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija l-Ewropa tħaddan 27 Stat Membru • 2013: Adeżjoni tal-Kroazja l-Ewropa tħaddan 28 Stat Membru

  11. Is-snin 2000 • Bżonn ta' riforma tal-istituzzjonijiet • Franza u l-Pajjiżi l-Baxxi jirrifjutaw il-Kostituzzjoni Ewropea (2005) • Adozzjoni tat-Trattat ta' Lisbona, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Diċembru 2009

  12. L-UE x'tagħmel għalik?Xi eżempji • Tagħtik il-libertà li tgħix, tistudja, taħdem fi kwalunkwe Stat Membru • Programmi ta' skambju għaż-żgħażagħ: Comenius, Leonardo Da Vinċi u Erasmus • Munita unika għal 18-il pajjiż • Liġijiet ambjentali biex jiġi miġġieled it-tisħin tal-klima • Opportunitajiet indaqs • Tnaqqis fil-prezz tat-telefonija • U naturalment ħafna affarijiet oħra ...

  13. L-istituzzjonijiet Ewropej

  14. Il-Parlament Ewropew Koleġislatur (mal-Kunsill) Kontroll tal-baġit u tal-politiki tal-istituzzjonijiet Ewropej Attwalment hemm 766 MEP eletti b'vot universali (751 MEP wara l-elezzjonijiet Ewropej tal-2014) Elezzjonijiet kull 5 snin President: Martin Schulz

  15. Il-Kunsill Ewropew Jagħti spinta ġenerali lill-UE u jiddefinixxi l-linji gwida u l-prijoritajiet politiċi Huwa magħmul mill-Kapijiet ta' Stat jew ta' Gvern tal-Istati Membri, flimkien mal-President tal-Kunsill u l-President tal-Kummissjoni Ewropea President: Herman Van Rompuy

  16. Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea Koleġislatur mal-Parlament Ewropew (jemenda, jadotta jew jirrifjuta l-proposti leġislattivi tal-Kummissjoni) Ilaqqa' l-ministri tat-28 Stat Membri skont l-aġenda Presidenza b'rotazzjoni: ippreseduta minn Stat Membru differenti kull 6 xhur 1 ta' Jannar - 30 ta' Ġunju 2014: Greċja 1 ta' Lulju - 31 ta' Diċembru 2014: Italja

  17. Il-Kummissjoni Ewropea Tipproponi u timplimenta l-liġijiet (dritt ta' inizjattiva; "gwardjan" tat-trattati) 28 kummissarju li l-president tagħhom huwa José Manuel Barroso Kummissarju għal kull Stat Membru, kull wieħed b'qasam ta' kompetenza individwali

  18. L-istituzzjonijiet u l-korpi l-oħra tal-UE • Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea • Il-Bank Ċentrali Ewropew • Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri • Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) • Il-Kumitat tar-Reġjuni

  19. Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

  20. X' inhu l-KESE? • Il-KESE huwa korp konsultattiv, stabbilit mit-Trattat ta' Ruma (1957) • Huwa jirrappreżenta s-soċjetà ċivili organizzata Parlament Ewropew Kunsill tal-Unjoni Ewropea Kummissjoni Ewropea Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

  21. X'inhi s-soċjeta ċivili organizzata? Din hija l-ġabra ta' gruppi u organizzazzjonijiet li ċ-ċittadini jistabbilixxu biex jirrappreżentaw l-interessi tagħhom, jilħqu għan jew jikkooperaw ma' ċittadini oħra li għandhom l-istess għan.

  22. X’inhu r-rwol tal-KESE? • Rwol konsultattiv fir-rigward tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni (jinħarġu +/- 200 opinjoni fis-sena) • Pjattaforma istituzzjonali ta' djalogu u konsultazzjoni • Promozzjoni tal-valuri Ewropej, id-demokrazija parteċipattiva u r-rwol tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili

  23. Pont bejn l-UE u s-soċjetà ċivili organizzata • Jippromovi l-interessi tas-soċjetà ċivili • Jagħmilha possibbli li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili tal-Istati Membri jesprimu fehmiethom fil-livell Ewropew

  24. Min huma l-membri tal-KESE? • 353 membru, maħtura għal 5 snin • President wieħed (1), elett kull sentejn u nofs • President attwali: Henri Malosse (2013-2015) • Jirrappreżentaw il-gruppi ekonomiċi u soċjali: min iħaddem, ħaddiema, NGOs u oħrajn • Jaħdmu abbażi ta' kunsens • Għandhom għarfien importanti ta' bosta oqsma • Jorganizzaw +/- 9 sessjonijiet plenarji fis-sena

  25. Kif inhu organizzat il-KESE? Tħejjija ta' opinjoni 6 sezzjonijiet Assemblea plenarja GRUPP II Ħaddiema GRUPP I Min iħaddem Grupp III Interessi varji SEZZJONI Grupp ta’ Studju: Membri u esperti SEZZJONI

  26. L-Ewropa Tiegħek, Leħnek!

  27. Il-ħidma tiegħek: 7 stadji • Aqra l-proposta għall-azzjonijiet għall-futur tal-Ewropa u ddiskutiha • Agħżel massimu ta' żewġ opzjonijiet mill-għażla multipla (a, b, c, ... eċċ.) • Ipproponi azzjonijiet addizzjonali bl-Ingliż. L-għadd ta’ proposti huwa limitat għal tnejn għal kull skola • Ħejji ż-żjara fi Brussell • Brussell: laqgħa fi grupp ta' ħidma • Dibattitu u votazzjoni • Preżentazzjoni tal-votazzjoni

  28. 1. Aqra l-proposta għall-azzjonijiet u ddiskutiha • Nofs Jannar 2014: ser tirċievi d-dokument ta' ħidma fil-lingwa tiegħek u l-istruzzjonijiet bl-Ingliż u l-Franċiż • Dan id-dokument ta' ħidma ser iservi bħala l-bażi għad-dibattitu fi Brussell u jinkludi lista ta' tnax-il azzjoni għall-futur tal-Ewropa • Id-diversi azzjonijiet għandhom jiġu diskussi fil-klassi

  29. 2. Agħżel l-azzjonijiet • Wara d-diskussjoni fil-klassi dwar l-azzjonijiet proposti, agħżlu massimu ta' żewġ għażliet mill-għażla multipla (a, b, c... eċċ.) • Ipproponi azzjonijiet addizzjonali (tnejn għal kull skola) bl-Ingliż. It-tul massimu hu ta' 70 karattru għal kull azzjoni (spazji inklużi) • Kull skola għandha tibgħat l-għażliet tagħha lill-KESE

  30. 3. Ħejji ż-żjara tiegħek fi Brussell • Il-lista tal-14-il azzjoni magħżula mill-iskejjel kollha ser tiġi ppubblikata fil-bidu ta' Marzu • Ipprepara biex tressaq l-argumenti, tinnegozja, u tiddibatti dwar dawn l-azzjonijiet biex tkun imħejji sew matul il-workshops fi Brussell

  31. 4. Brussell: laqgħa fi grupp ta' ħidma • L-14-il azzjoni magħżula ser jiġu diskussi f'workshop: skambju ta' ideat, dibattitu bejn l-istudenti.

  32. 5. Brussell: dibattitu u votazzjoni • Preżentazzjoni fis-sessjoni plenarja tal-konklużjonijiet ta' kull grupp ta' ħidma quddiem ir-rappreżentanti tad-diversi gruppi politiċi tal-Parlament Ewropew • Votazzjoni elettronika

  33. Skadenza u kuntatt • Id-data sa meta għandhom jaslulna l-azzjonijiet tagħkom bl-Ingliż (massimu ta' 2) u l-għażla tal-opzjonijiet ta' kull azzjoni hija l-: 14 ta' Frar 2014 • Indirizz elettroniku: youreurope@eesc.europa.eu • Sit tal-internet: www.eesc.europa.eu • L-Ewropa Tiegħek, Leħnek! • @youreurope

More Related