1 / 23

Qari mill-I ttra ta’ San Pawl Appostlu lir-Rumani . Rum 1, 1- 7

Qari mill-I ttra ta’ San Pawl Appostlu lir-Rumani . Rum 1, 1- 7. Bi Kristu aħna rċevejna l-grazzja tal-appostolat biex inwasslu għall-ubbidjenza tal-fidi l-bniedem fost il-ġnus kollha. Pawlu, qaddej ta’ Kristu Ġesù, imsejjaħ biex ikun appostlu, maħtur

Télécharger la présentation

Qari mill-I ttra ta’ San Pawl Appostlu lir-Rumani . Rum 1, 1- 7

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Qari mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlulir-Rumani. Rum 1, 1-7 Bi Kristu aħna rċevejna l-grazzja tal-appostolat biex inwasslu għall-ubbidjenza tal-fidi l-bniedem fost il-ġnus kollha.

  2. Pawlu, qaddej ta’ Kristu Ġesù, imsejjaħ biex ikun appostlu, maħtur għall-Evanġelju ta’ Alla. Dan hu l-Evanġelju li Alla kien wiegħed permezz tal-profeti fil-Kotba

  3. Mqaddsa dwar Ibnu Ġesù Kristu Sidna li, skont it-tnissil tal-ġisem, twieled min-nisel ta’ David, u skont l-Ispirtu s-Santu, ġie rivelat bħala l-Iben ta’ Alla b’kull qawwa permezz

  4. tal-qawmien mill-imwiet. Bih aħna rċevejna l-grazzja tal-appostolat biex inwasslu għall-ubbidjenza tal-fidi l-bnedmin fost il-ġnus kollha għall-ġieħ ta’ismu.

  5. Fosthom tinsabu intom ukoll, imsejħin biex tkunu ta’ Ġesù Kristu; lill-maħbubin kollha ta’ Alla li jinsabu Ruma msejħin biex ikunu qaddisin: grazzja lilkom u

  6. sliem mingħand Alla Missierna u Sidna Ġesù Kristu!

  7. Il-Kelmatal-Mulej. R:/ IrrodduħajrlilAlla

  8. Salm Responsorjali R:/ Għarraf il-Mulej is-salvazzjoni tiegħu

  9. Għannu lill-Mulej għanja ġdida, għax għamel ħwejjeġ tal-għaġeb.

  10. Ġibitlu r-rebħa l-leminija tiegħu, u d-driegħ imqaddsa tiegħu.

  11. R:/ Għarrafil-Mulej is-salvazzjonitiegħu

  12. Għarraf il-Mulej is-salvazzjoni tiegħu, f’għajnejn il-ġnus wera l-ġustizzja tiegħu. Ftakar fit-tieba u l-fedeltà tiegħu mal-poplu ta’ Iżrael.

  13. R:/ Għarrafil-Mulej is-salvazzjonitiegħu

  14. L-art kollha, minn tarf għall-ieħor, rat is-salvazzjoni ta’ Alla tagħna. Għajtu bil-ferħ lill-Mulej fl-art kollha, infexxu fil-hena, ifirħu u għannu!

  15. R:/ Għarrafil-Mulej is-salvazzjonitiegħu

  16. Hallelujah, Hallelujah Hallelujah Illum la twebbsux qalbkom, iżda isimgħu leħen il-Mulej. Hallelujah, Hallelujah

  17. Qari • Mill-Evanġelju • skont San Luqa • Lq11, 29-32 • R:/ GlorjalilekMulej Ebda sinjal ma jingħata lil dan in-nisel ħlief is-sinjal ta’ Ġona.

  18. F’dakiż-żmien, meta l-folla tan-nies żdiedet, Ġesù qabad u qal: “Nisel ħażin huwa dan in-nisel! Irid sinjal! Imma ebda sinjal ma jingħatalu ħlief is-sinjal

  19. ta’ Ġona. Għax bħalma Ġona sar sinjal għan-nies ta’ Ninwè,hekk isir Bin il-bniedem għal dan in-nisel. F’jum il-ħaqq, is-sultana tan-Nofsinhar għad tqum

  20. man-nies ta’ dan in-nisel u tikkundannahom, għax hi ġiet mit-truf tal-art biex tisma’ l-għerf ta’ Salamun; u araw li hawnhekk hawn min hu aqwa minn Salamun! F’jum il-ħaqq,

  21. in-nies ta’ Ninwè għad iqumu ma’ dan in-nisel u jikkundannawh, għax huma nidmu wara l-predikazzjoni ta’ Ġona; u araw li hawnhekk hawn min hu aqwa minn Ġona!”

  22. Il-Kelma tal-Mulej R:/ It-tifħirlilekKristu

  23. ĦSIEB

More Related